Activyl Tick Plus (indoxacarb/permethrin) - QP53AC54

Activyl Tick Plus

Indoxacarb u permethrin

Dan id-dokument huwa sommarju tar-Rapport Pubbliku Ewropew ta’ Valutazzjoni. L-għan tiegħu huwa li jispjega kif il-valutazzjoni mwettqa mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju (CVMP) abbażi tad-dokumentazzjoni pprovduta, wasslet għar-rakkomandazzjonijiet dwar il- kundizzjonijiet tal-użu.

Dan id-dokument ma jistax jissostitwixxi diskussjoni wiċċ imb'wiċċ mal-veterinarju tiegħek. Jekk teħtieġ iktar informazzjoni dwar il-kundizzjoni medika jew it-trattament tal-annimal tiegħek, ikkuntattja lil-veterinarju tiegħek. Jekk tixtieq iktar informazzjoni relatata mar-rakkomandazzjonijiet tas-CVMP, aqra d-Diskussjoni Xjentifika (parti wkoll mill-EPAR).

X’inhu Activyl Tick Plus?

Activyl Tick Plus huwa mediċina veterinarja li fiha s-sustanzi attivi indoxacarb u permethrin. Huwa disponibbli bħala soluzzjoni ‘spot-on’ f’pipetti mimlijin għal-lest bl-ammonti eżatti ta’ indoxacarb u permethrin meħtieġ għall-kura ta’ klieb ta’ piżijiet differenti (75 mg/240 mg, 150 mg/480 mg, 300 mg/960 mg, 600 mg/1920 mg u 900 mg/2880 mg).

Għal xiex jintuża Activyl Tick Plus?

Activyl Tick Plus jintuża għall-kura ta’ infestazzjonijiet mill-briegħed fil-klieb. Jista' joqtol ukoll ċerti tipi ta’ qurdien jekk dawn ikunu preżenti meta l-mediċina tiġi applikata. Jista' jintuża bħala parti minn strateġija ta’ kura għad-dermatite allerġika mill-briegħed (FAD), reazzjoni allerġika għall-gdim tal- briegħed li tista' taffettwa lill-klieb.

Id-doża adegwata tiġi stabbilita mill-piż tal-kelb. Il-kontenut ta’ pipetta waħda sħiħa jiġi applikat direttament fuq il-ġilda bejn il-ġewnaħ tad-dahar, wara li jitferraq il-pil. Għal klieb akbar jista' jiġi applikat f’sa erba’ żoni differenti tul id-dahar mill-ispalel sat-tarf tad-denb.

7 Westferry Circus Canary

Wharf London E14 4HB United Kingdom

 

Telephone +44 (0)20 7418

8400 Facsimile +44 (0)20

 

E-mail info@ema.europa.eu Website www.ema.europa.eu

An agency of the European Union

Kif jaħdem Activyl Tick Plus?

Is-sustanzi attivi f’Activyl Tick Plus, indoxacarb u permethrin, huma ektoparasitiċidi, li joqtlu parassiti bħal briegħed li jgħixu fuq il-ġilda jew fil-pil tal-annimali. Wara li jiġu applikati, indoxacarb u permethrin jittieklu mill-insetti (indoxacarb jiġi konvertit f’imsarinhom f’forma attiva). Flimkien, il- forma attiva ta’ indoxacarb u permethrin jinterferixxu mas-sistema nervuża tal-parassiti, u jikkawżaw paraliżi u mewt. Permethrin jaġixxi wkoll bħala ripellant ħafif.

Kif ġie studjat Activyl Tick Plus?

L-effikaċja ta’ Activyl Tick Plus kontra l-briegħed ġiet investigata fi studji fil-laboratorji u fi tliet studji fuq il-post. Studju wieħed fuq il-post li fih ħadu sehem 230 kelb qabbel lil Activyl Tick Plus ma’ fipronil (ektoparasitiċida oħra), fejn il-mediċini ingħataw kull erba’ ġimgħat għal 84 ġurnata. L-effikaċja tkejlet bl-għadd ta’ briegħed u qurdien f’intervalli ta’ ħmistax.

Liema benefiċċju wera Activyl Tick Plus waqt l-istudji li twettqu?

Iż-żewġ trattament naqqsu l-għadd ta’ briegħed u qurdien sa kważi żero sal-aħħar tal-perjodu tal- istudju.

X’riskji huma assoċjati ma’ Activyl Tick Plus?

L-effetti sekondarji ewlenin li dehru b’Activyl Tick Plus huma ħakk tranżitorju, eritema (ħmura tal- ġilda) u telf tal-pil fis-sit tal-applikazzjoni. Dawn l-effetti ġeneralment jirrisolvu ruħhom mingħajr trattament. L-applikazzjoni ta’ Activyl Tick Plus tista' tipproduċi dehra żejtnija temporanja jew tagħqid tal-pil fis-sit tal-applikazzjoni, jew residwu abjad xott. Dan huwa normali u ġeneralment jirrisolvi ruħu fi ftit jiem.

Activyl Tick Plus ma għandux jintuża fuq il-qtates. Ma għandux jintuża fuq klieb b’sensittiva eċċessiva (allerġiċi) magħrufa għal indoxacarb, permethrin jew għal xi wieħed mis-sustanzi l-oħra.

Liema prekawzjonijiet irid jieħu min jagħti l-mediċina jew jiġi f’kuntatt mal-annimal?

L-utenti ma għandhomx jieklu, jixorbu jew ipejpu waqt li jkunu qegħdin jamministraw il-mediċina. Għandhom jaħslu jdejhom immedjatament wara l-użu. Persuni li huma magħrufa li għandhom sensittività eċċessiva għal indoxacarb jew permethrin għandhom jevitaw il-kuntatt mal-prodott. Jekk Activyl Tick Plus aċċidentalment jittajjar fl-għajnejn, għandu jitlaħlaħ bl-ilma. Il-mediċina tieħu n-nar malajr u kemm jista' jkun għandha tinżamm ’il bogħod minn sorsi ta’ tqabbid. Għall-protezzjoni tat- tfal, il-mediċina għandha tinżamm fil-qartas tagħha sakemm tiġi biex tintuża, u l-pipetta użata għandha tintrema minnufih.

Għaliex ġie appruvat Activyl Tick Plus?

Is-CVMP ikkunsidra li l-mediċina kienet effettiva fl-eliminazzjoni ta’ infestazzjonijiet tal-briegħed u fil- kontroll u l-prevenzjoni ta’ infestazzjonijiet ġodda ta’ briegħed u ta’ qurdien sa tlieta jew erba’ ġimgħat wara l-kura. Il-Kumitat innota wkoll li Activyl Tick Plus ikkombina żewġ sustanzi attivi u b’hekk naqqas il-bżonn li jintużaw żewġ prodotti kontra l-infestazzjonijiet tal-briegħed u tal-qurdien.

Is-CVMP għalhekk ikkonkluda li l-benefiċċji ta’ Activyl Tick Plus huma akbar mir-riskji u rrakkomanda li jingħata awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq. Il-bilanċ tal-benefiċċju/riskju jista' jinstab fil-modulu tad- diskussjoni xjentifika ta’ dan l-EPAR.

Tagħrif ieħor dwar Activyl Tick Plus:

Il-Kummissjoni Ewropea tat awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq valida madwar l-Unjoni Ewropea għal Activyl Tick Plus lil Intervet International BV fi 09/01/2012. It-tagħrif dwar l-istat tal-preskrizzjoni ta’ dan il-prodott jista’ jiġi kkonsultat fuq it-tikketta jew fuq il-qoxra tal-pakkett.

Dan is-sommarju ġie aġġornat l-aħħar fi 09/01/2012.

Kummenti