Maltese
Agħżel il-lingwa tas-sit

Equilis Prequenza Te (equine influenza-virus strains: A/equine-2/South...) – Fuljett ta’ tagħrif - QI05AL01

Updated on site: 09-Feb-2018

Isem tal-Mediċina: Equilis Prequenza Te
ATC: QI05AL01
Sustanza: equine influenza-virus strains: A/equine-2/South Africa/4/03, A/equine-2/Newmarket/2/93, tetanus toxoid
Manifattur: Intervet International BV

FULJETT TA’ TAGĦRIF FIL-PAKKETT

Equilis Prequenza, suspensjoni għall-injezzjoni, għaż-żwiemel

1. L-ISEM

U L-INDIRIZZ TAS-SID TAL-AWTORIZZAZZJONI TAL-KUMMERĊ, U L- ISEM U L-INDIRIZZ TAS-SID TAL-AWTORIZZAZZJONI TAL-MANIFATTURA RESPONSABBLI LI JĦALLI L-KONSENJA TMUR FIS-SUQ , JEKK DIFFERENTI

Intervet International B.V.

Wim de Körverstraat 35

NL-5831 AN Boxmeer

Olanda

2.ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU

Equilis Prequenza Te, suspensjoni għall-injezzjoni, għaż-żwiemel

3.DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I) U INGREDJENT(I) OĦRA

Doża kull 1 ml

Sustanza Attiva :

Toksojd tat–tetnu u sub-partjiet purifikati ta’ ħemoglutinina mill-virus tal-influwenza taż-żwiemel:

Strejn tal-virus tal-influenza taż-żwiemel

A/equine-2/ South Africa/4/03

50 AU1

A/equine-2/ Newmarket/2/93

50 AU

Tetanus Toksojd

40 Lf4

1Partijiet antiġeniċi

2Qies ta’ ekwivalenti ta’ flokulazzjoni; jikkorispondu ma ≥30IU/ml sirum tal-fenek tal-Indi fit-test ta’ potenza tal-Farmakopeja Ewropeja.

Sustanzi mhux attivi

 

Saponin purifikat

375 mikrogrammi

Kolesterol

125 mikrogrammi

Fosfatidilkolin

62.5 mikrogrammi

Ingredjenti oħra

Traċċi ta’ Tajomersal

Traċċi ta’ formalina

4.Indikazzjonijiet

Immunizzazzjoni attivagħal żwiemel minn sitt xhur il-fuq, kontra l-influwenza taż-żwiemel, biex tnaqqas is-sintomi kliniċi u l-eskrezzjoni tal- virus wara l-infezzjoni, u immunizzazzjoni kontra t-tetnu biex tipprevjeni l-imwiet.

Influwenza

 

Bidu tal-immunita:

2gimgħat wara l-ewwel kors ta tilqim

Kemm iddum l-immunita:

5 xhur wara l-ewwel kors ta tilqim

 

12- il xahar wara l-ewwel revaċċinazzjoni

 

Tetnu

 

Bidu ta immunita:

2gimgħat wara l-ewwel kors ta tilqim

Kemm iddum l-immunita:

17-il xahar wara l-ewwel kors ta tilqim

24xahar wara l-ewwel rivaċċinazzjoni

5.KUNTRAINDIKAZZJONIJIET

Xejn

6.EFFETTI MHUX MIXTIEQA

Nefħiet mifruxa (iebsin jew rotob, diametru mass. 5 cm) jistgħu jfe[[u, li jonqsu fi żmien jumejn. Okkażjonalment jista’ jkun hemm uġiegħ fil-post ta’ l-injezzjoni. F xi każijiet jista’ jkun hemm deni għal ġurnata u f’ċirkustanzi eċċezjonali ġieli jdum għal tlett ijiem

Jekk tinnota xi effetti serji jew effetti oħra mhux msemmija f’dan il-fuljett, jekk jogħġbok informa lit- tabib veterinarju tiegħek.

7.SPEĊI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT

|wiemel

8.DOŻA GĦAL KULL SPEĊI, MOD(I) U METODU TA' AMMINISTRAZZJONI

1 ml fil-muskolu.

Skeda għat-tilqim

L-ewwel kors ta tilqim

Agħti doża waħda (1 ml) fil-muskolu, skond din l-iskema:

L-ewwel kors ta tilqim: l-ewwel injezzjoni wara 6 xhur mit-twelid u tieni waħda 4gimgħat wara.

Rivaċċinazzjoni

Influwenza

L-ewwel rivaċċinazzjoni (t-tielet doża) kontra l-influwenza taż-zwiemel tingħata wara 5 xhur wara li jkun spiċċa l-ewwel kors. B din it-tilqima l-immunita kontra l- influwenza taż-zwiemel iddum tal- anqas għal 12-il xahar.

It- tieni rivaċċinazzjoni tingħata wara 12-il xahar mill-ewwel rivaċċinazzjoni .

Kull 12 –il xahar huwa rakkomandat li tingħata tilqima addattata kontra l-influwenza taż-żwiemel, li jkollha dawn l-istrejns A/equi 1/Prague 56, A/equi 2/Newmarket-1/93 u A/equi 2/Newmarket-2/93, sabiex jinżamm il-livell ta’ immunita. (ara skema).

Tetnu

L-ewwel revaċċinazzjoni tingħata mhux aktar tard minn 17-il xahar wara l-ewwel kors vaċċinazzjoni. Minn hemm il-quddiem, intervall ta’ massimu ta’ sentejn huwa rakkomandat (ara skema).

T1

T2

T3

T4

T5

t6

 

 

 

 

 

42 xahar

Prequenza

Prequenza

Prequenza

Prequenza Te

 

Prequenza

 

Prequenza Te

Te

 

Te

 

 

 

 

 

 

 

 

F’ kas ta’ riskju akbar ta’ infezzjoni jew nuqqas ta’ teħid ta’ kolostrum, tilqima addizjonali tista’ tingħata fir-raba xahar segwita bil programm komplut ta vaċċinazzjoni (l-ewwel kors ta’ tilqim ta’ 6 xhur u doża ohra 4 ġimgħat wara).

Immunita attiva u passiva f daqqa (tilqima ta’ emerġenza)

Il-vaċċin jista jingħata ma Tetanus-Serum tal-Intervet lil żwiemel midruba li mhumiex imlaqqma kontra t-tetnu. F dak il-kas, l-ewwel doża (T1) tal-vaċċin tista tingħata flimkien mad-doża profilattika adatta ta’ Tetanus-Serum tal-Intervet iżda f’ post tal-injezzjoni differenti u b’labar u siringi differenti.

Dan iwassal għall-protezzjoni passiva kontra t-tetnu għal tal-anqas 21gurnata wara li jkunu ngħataw is-sirum u t-tilqima flimkien. It-tieni doża tal-vaċċin (T2) għandha tingħata 4gimgħat wara. It-tielet tilqima bl- Equilis Prequenza Te għandha terġa’ tingħata tal-inqas 4gimghat wara. L- użu flimkien ta’ Equilis Prequenza Te u Tetanus-Serum tal-Intervet jista’ jnaqqas l-immunita attiva kontra t-tetnu meta mqabbla ma żwiemel oħra mlaqqma bl- Equilis Prequenza Te biss (mingħajr l-antitoksin tas-sirum tat-tetnu).

9.PARIR SABIEX TAMMINISTRA B'MOD KORRETT

}alli t-temperatura tal-vaċċin tilħaq t-temperatura tal-kamra qabel l-użu.

10.PERJODU TA' TIŻMIM

Xejn ġranet.

11.PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA

Żomm fejn ma jintlaħaqx u ma jidhirx mit-tfal.

Aħżen fil-friġġ (2°C – 8°C ), Ipproteġi mid-dawl. Tifriżax. Tużax wara d-data ta l-iskadenza li hemm fuq it-tikketta.

12.TWISSIJIET SPEĊJALI

Annimali b saħħithom biss għandhom ji[u mlaqqma. F'każ li tinjetta lilek innifsek, fittex tabib mal-

ewwel u qis li turih il-pakkett jew il-fuljett ta' informazzjoni li jkun fih ġewwa.

Il-mor m’ għandux jitlaqqam qabel jagħlaq is-sitt xhur, speċjalment jekk imwieled minn dwieb li tlaqmmu għat-tieni darba fl-aħħar xahrejn ta’ tqala, għax hemm il-possibilita li jinterferixxi ma l- antikorpi ta’ l-omm.

Hemm informazzjoni dwar is-sigurtà u l-effikaċja ta’ din it-tilqima li turi li dan il-vaċċin jista jiġi amministrat fl-istess ġurnata imma mhux imħallat mas-Serum tat-Tetnu tal-Intervet , (ara sezzjoni 4.9 M'hemmx informazzjoni dwar is-sigurtà u l-effiċjenza ta’ din it-tilqima jekk tintuża flimkien ma kwalunkwe prodott ieħor ħlief mal-prodott imsemmi hawn fuq. Għalhekk id-deċiżjoni li li tuża dan il- vaċċin qabel jew wara kwalunkwe prodott ieħor trid tittieħed kull kas għalih

Tħallatx ma l-ebda prodott mediċinali veterinarju ieħor.

13. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR RIMI TA' PRODOTT MHUX UŻATA JEW MATERJAL IEĦOR

GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ

Mediċina veterinarja li ma ġietx użata jew prodotti oħra li ntużaw għal din il-mediċina għandhom jintremew skond kif titlob il-liġi tal-pajjiż.

14. DATA META ĠIE APPROVAT

L-AĦĦAR IL-FULJETT INFORMATTIV FIL- PAKKETT

15.TAGĦRIF IEĦOR

Kaxxa tal- kartun b 10 fjali tal-ħ[ie[ ta 1 ml.

Kaxxa(i) tal- kartun b’ 1, 5 jew 10 siringi tal-ħ[ie[, bil-labar, mimlija għal-lest.

Mhux id-daqs tal-pakketti kollha jistgħu qegħdin fis-suq.

Kummenti