Equilis West Nile (inactivated chimaeric flavivirus strain...) – Fuljett ta’ tagħrif - QI05AA10

Updated on site: 09-Feb-2018

Isem tal-Mediċina: Equilis West Nile
ATC: QI05AA10
Sustanza: inactivated chimaeric flavivirus strain YF-WN
Manifattur: Intervet International BV

Kontenut tal-Artiklu

FULJETT TA’ TAGĦRIF FIL-PAKKETT

Equilis West Nile

Suspensjoni għall-injezzjoni għaż-żwiemel

1L-ISEM U L-INDIRIZZ TAS-SID TAL-AWTORIZZAZZJONI TAL-KUMMERĊ, U L- ISEM U L-INDIRIZZ TAS-SID TAL-AWTORIZZAZZJONI TAL-MANIFATTURA RESPONSABBLI LI JĦALLI L-KONSENJA TMUR FIS-SUQ , JEKK DIFFERENTI

Sid l-Awtorizzazzjoni tal-Kummerċ u l-manifattur li jħalli l-konsenja tmur fis-suq :

Intervet International B.V. Wim de Körverstraat 35 5831 AN Boxmeer Olanda

2.ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU

Equilis West Nile Suspensjoni għall-injezzjoni għaż-żwiemel

3 DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I) U INGREDJENT(I) OĦRA

Doża kull 1 ml

≥ 492 AU1

Strejn inattivat tal- virus kimeriċi Flavivirus YF-WN

Iscom-Matrix fih:

 

Saponin ippurifikat

250 mikrogrammi

Kolesterol

83 mikrogrammi

Fosfatidilkolajn

42 mikrogrammi

1 Partijiet antiġeniċi iddeterminati bl' ELISA

 

4 INDIKAZZJONI (JIET)

Immunizzazzjoni attiva ġħal żwiemel kontra l-virus West Nile (WNV), biex tnaqqas is-sinjali kliniċi tal-marda u l-leżjonijiet fil-moħħ, u sabiex tnaqqas il-viraemia.

Bidu ta’ immunita: Ġimgħatejn wara l-ewwel kors ta’ tilqim ta' żewġ injezzjonijiet. Kemm iddum l-immunita: 12 il-xahar

5 KONTRAINDIKAZZJONIJIET

Xejn

6.EFFETTI MHUX MIXTIEQA

Nefħa hafifa li ma ddumx (diametru mass. 3 cm) tista’ tfeġġ fejn tingħata l-injezzjoni, li tinżel fi żmien 1 sa 5 tijiem. Temperatura tal-ġisem tista’ togħla ftit (mass. 1.5 C) għall-1 jew 2 ġranet.

Jekk tinnota xi effetti serji jew effetti oħra mhux msemmija f’dan il-fuljett, jekk jogħġbok informa lit- tabib veterinarju tiegħek.

7.SPEĊI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT

Żiemel

8 DOŻA GĦAL KULL SPEĊI, MOD(I) U METODU TA' AMMINISTRAZZJONI

Għal użu intramuskolari.

Skeda għat-tilqim

Agħti doża waħda (1 ml) fil-muskolu, skont din l-iskeda:

Vaċċinazzjoni primarja: l-ewwel injezzjoni mill-età ta’6 xhur il-fuq u t-tieni waħda minn 3 sa 5 ġimgħat wara.

Rivaċċinazzjoni:doża waħda (1ml) booster kull sena għandha tkun biżżejjed sabiex iġġib tnaqqis fid- deni, lesjonijiet fil-moħħ u viraemia.

9.PARIR SABIEX TAMMINISTRA B'MOD KORRETT

10.PERJODU TA' TIŻMIM

Xejn ġranet

11 PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA

Żomm fejn ma jintlaħaqx u ma jidhirx mit-tfal.

Aħżen fil-friġġ (2 C – 8 C ), tiffriżax ,ipproteġi mid-dawl Tużax wara d-data tal-iskadenza fuq it-tikketta.

12.TWISSIJIET SPEĊJALI

Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu mill-persuna li tamministra l-prodott mediċinali veterinarju lill-annimali

F'każ li tinjetta lilek innifsek, fittex parir mediku immedjatament u qis li turi l-pakkett jew il-fuljett ta’ informazzjoni li jkun fih ġewwa lit-tabib.

Użu fit-Tqala

Jista' jintuża waqt it-tqala u treddiegh.

Effetti fuq prodotti mediċinali oħra jew effetti oħra

M'hemmx informazzjoni dwar is-sigurtà u l-effikaċja ta’ din it-tilqima jekk tintuża flimkien ma kwalunkwe prodott mediċinali veterinarju. Id-deċiżjoni sabiex tintuża din it-tilqima qabel jew wara xi prodott mediċinali veterinarju ieħor, għaldaqstant għandha tittieħed każ b’każ

Inkompatibilitajiet

Tħallatx ma ebda prodott mediċinali veterinarju ieħor.

13.PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR RIMI TA' PRODOTT MHUX UŻAT JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ

Mediċina veterinarja li ma ġietx użata jew prodotti oħra li ntużaw għal din il-mediċina għandhom jintremew skond kif jitolbu r-regolamenti tal-pajjiż.

14.DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT INFORMATTIV FIL- PAKKETT

15.TAGĦRIF IEĦOR

Il-vaċċin jistimula immunita attiva kontra West Nile vijrus fiż-żwiemel.

Daqs tal-pakett:

Kaxxa tal-kartun b' 10 kunjetti tal-ħġieġ. Kaxxa tal-plastik b'10 kunjetti tal-ħġieġ.

Kaxxa tal-kartun b'5 jew 10 siringi mimlijin għall-lest. Kaxxa tal-plastik b'5 jew 10 siringi mimlijin għall-lest.

Mhux id-daqsijiet kollha tal-pakkett jistgħu qegħdin fis-suq.

Kummenti