Fevaxyn Pentofel (inactivated feline calicivirus/inactivated...) - QI06AL01

Updated on site: 21-Sep-2017

Isem tal-Mediċina: Fevaxyn Pentofel
ATC: QI06AL01
Sustanza: inactivated feline calicivirus/inactivated feline Chlamydophila felis /inactivated feline leukaemia virus/inactivated feline panleukopenia virus / inactivated feline rhinotracheitis virus
Manifattur: Zoetis Belgium SA; 
An agency of the European Union

Fevaxyn Pentofel

Dan id-dokument huwa sommarju tar-Rapport tal-Valutazzjoni Pubblika Ewropew. L-għan tiegħu huwa li jispjega kif il-valutazzjoni mwettqa mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għal Użu Veterinarju (CVMP) abbażi tad-dokumentazzjoni pprovduta, wasslet għar-rakkomandazzjonijiet fuq il-kundizzjonijiet ta’ l- użu.

Dan id-dokument ma jistax jissostitwixxi diskussjoni wiċċ imb’wiċċ mal-veterinarju tiegħek. Jekk tixtieq iktar informazzjoni dwar il-kundizzjoni medika jew it-trattament mediku ta’ l-annimal tiegħek, ikkuntattja lill-veterinarju tiegħek. Jekk tixtieq iktar informazzjoni abbażi tar-rakkomandazzjonijiet tal- CVMP, aqra d-Diskussjoni Xjentifika (parti wkoll mill-EPAR).

X’inhu Fevaxyn Pentofel?

Fevaxyn Pentofel hu tilqima għall-qtates li jikkonsisti minn soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest. Fevaxyn Pentofel jikkonsisti minn dawn il-vajrusijiet inattivati: feline panleukopenia virus, feline rhinotracheitis virus, feline calicivirus, feline leukaemia virus, u l-batterju inattivat feline

Chlamydophila felis.

Għal xiex jintuża Fevaxyn Pentofel?

Fevaxyn Pentofel jintuża għat-tlaqqim ta’ qtates f’saħħithom ta’ 9 ġimgħat jew iktar kontra l-feline panleukopenia u l-feline leukaemia u kontra l-mardiet respiratorji kkawżati mill-feline rhinotracheitis virus, feline calicivirus u feline Chlamydophila felis.

Il-kontenut tas-siringa mimlija għal-lest jitħawwad u jingħata b’injezzjoni taħt il-ġilda. Għall-qtates ta’ 9 ġimgħat jew iktar, iż-żewġ dożi jingħataw f’intervall ta’ bejn 3 u 4 ġimgħat. Huwa rrakkomandat li tingħata doża oħra għal qtates żgħar li jgħixu f’postijiet b’riskju kbir għall-feline leukaemia virus li l- ewwel doża tiegħu tingħata qabel l-età ta’ 12-il ġimgħa. Fevaxyn Pentofel imbagħad jingħata darba kull sena.

Kif jaħdem Fevaxyn Pentofel?

Fevaxyn Pentofel fih ammonti żgħar ta’ erba’ vajrusijiet inattivati u batterju wieħed inattivat. Meta injettat din l-espożizzjoni limitata tgħin lis-sistema immunitarja tal-qattus sabiex tagħraf u tatakka l- vajrusijiet u l-batterji. Meta jiġi espost għal kwalunkwe minn dawn il-vajrus jew batterji iktar tard matul il-ħajja il-qattus jew ma jiġix infettat jew ikollu infezzjoni ħafna inqas serja.

Kif ġiet studjata l-effikaċja ta’ Fevaxyn Pentofel?

Fevaxyn Pentofel ġie studjat kontra l-feline leukaemia, kontra l-mardiet respiratorji kkawżati mill- feline rhinotracheitis virus, feline calicivirus u feline Chlamydophila felis, kif ukoll kontra l-mardiet ikkawżati mill-feline panleukopenia virus.

Barra minn hekk, saru studji fil-qtates ta’ diversi razez biex ikunu osservati xi effetti sekondarji ta’ Fevaxyn Pentofel wara l-ewwel u t-tieni tilqima.

X’inhu l-benefiċċju ta’ Fevaxyn Pentofel li ntwera f’dan l-istudju?

Intwera li Fevaxyn Pentofel kien effettiv kontra l-feline leukaemia, kontra l-mardiet respiratorji kkawżati mill-feline rhinotracheitis virus, feline calicivirus u feline Chlamydophila felis, kif ukoll minn mardiet ikkawżati mill-feline panleukopenia virus.

Fl-istudju biex jiġu osservati l-effetti sekondarji, f’94.2% tal-qtates ma kienx hemm effetti sekondarji għall-ewwel tilqima u f’99% tal-qtates ma kien osservat l-ebda effett sekondarju għat-tieni tilqima.

X’inhuma l-effetti sekondarji ta’ Fevaxyn Pentofel?

Xi qtates imlaqqma jistgħu jiżviluppaw reazzjonijiet għat-tilqima, li jistgħu jinkludu deni temporanju, remettar, anoressija (nuqqas ta’ aptit), u/jew dipressjoni, li ġeneralment jieqfu fi żmien 24 siegħa.

Kultant ikun hemm infiħ, uġigħ, prurite (ħakk) jew twaqqigħ ta’ pil fejn tkun ingħatat it-titqiba. F’każijiet rari ħafna jista’ jkun hemm reazzjoni anafilattika (allerġija severa) b’nefħa (fluwidu taħt il- ġilda), prurite, stress respiratorju jew tal-qalb, sinjali gastrointestinali severi jew xokk matul l-ewwel ftit sigħat wara t-tilqima.

Xi prekawzjonijiet trid tieħu l-persuna li tagħti l-mediċina jew li tiġi f’kuntatt ma’ l-annimal?

Fevaxyn Pentofel fih żejt minerali. Injezzjoni aċċidentali tista’ twassal għal uġigħ u nefħa qawwija, partikolarment jekk tiġi injettata f’ġog jew f’seba’ – li rarament twassal għat-telfien ta’ seba’. Jekk xi ħadd jiġi aċċidentalment injettat b’dan il-prodott, għandu jkellem tabib immedjatament anke jekk jiġi injettat biss b’ammont żgħir ħafna. Il-Fuljett ta’ Tagħrif għandu jittieħed għand it-tabib. Jekk l-uġigħ jippersisti għal iktar minn 12-il siegħa wara l-eżaminazzjoni medika, it-tabib għandu jiġi kkuntattjat mill-ġdid.

Għaliex ġie approvat Fevaxyn Pentofel?

Il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għal Użu Veterinarju (CVMP) qabel li l-benefiċċji ta’ Fevaxyn Pentofel huma ikbar minn kwalunkwe riskju għat-tilqim ta’ qtates f’saħħithom ta’ 9 ġimgħat jew iktar kontra l-vajrusijiet felini. Huma rrakkomandaw li Fevaxyn Pentofel għandu jingħata l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq. Il-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju jista’ jinstab fid-Diskussjoni Xjentifika ta’ dan l-EPAR.

Tagħrif ieħor dwar Fevaxyn Pentofel:

Il-Kummissjoni Ewropea tat l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq valida madwar l-Unjoni Ewropea kollha għal Fevaxyn Pentofel fl-5 ta’ Frar 1997. Tagħrif dwar l-istejtus ta’ preskrizzjoni ta’ dan il- prodott jista’ jinstab fuq it-tikketta/il-pakkett ta’ barra.

Dan is-sommarju ġie aġġornat l-aħħar Ġunju 2013.

Kummenti