DETTALJI LI GĦANDHOM JIDHRU FUQ L-IPPAKKJAR EWLIENI
Flixkien ta’ 500ml/1000ml
1.ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU
HALOCUR 0.5mg/ml taħlita likwida li tittieħed mill-ħalq għall-għoġġiela.
2.DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA ATTIVA U SUSTANZI OĦRA
Bażi ta’ Ħalofuġinon (bħala lactate) | 0.50 mg/ml |
A`idu benżoiku (E210) | 1.00 mg/ml |
Tartariżin (E102) | 0.03 mg/ml |
| |
3. GĦAMLA FARMAĊEWTIKA | |
Soluzzjoni likwida li tittieħed mill-ħalq | |
4.DAQS TAL-PAKKETT
Flixkun ta’ 500ml li fih 490ml tal-prodott/ Flixkun ta’ 1000ml li fih 980ml tal-prodott.
5.SPEĊI GĦAL X'HIEX HUWA INDIKAT IL-PRODOTT
Għoġġiela li għadhom jitwieldu
6.INDIKAZZJONI(JIET)
Għoġġiela li għadhom jitwieldu:
•Prevenzjoni kontra dijareja ikkawżata minn Cryptosoridium pavarum,f’irziezet li għandhom storja ta’ kriptosporidjosi. Il-kura għandha tibda fl-ewwel 24-48 siegħa wara t-twelid.
•Tnaqqis ta’ in`idenza ta’ dijareja ikkawżata minn Cryptosoridium pavarum. Il-kura għandha tibda fi żmien 24 siegħa wara li tkun bdiet id-dijareja.
Fiż-żewġ każijiet, tnaqqis fit-tneħħija tal-uo`isti ġiet demonstrata.
7.METODU U MOD(I) TA' AMMINISTRAZZJONI
IL-prodott għandu jingħata lill-għoġġiela fil-ħalq wara l-ikel.
•35kg < għoġġiela ≤ 45kg : 8 ml HALOCUR darba kuljum għal sebat ijiem konsekuttivi.
•45kg < għoġġiela < 60kg : 12 ml HALOCUR darba kuljum għal sebat ijiem konsekuttivi.
Jekk l-annimal jiżen iktar jew inqas wieħed għandu juża l-formola ta’ 2ml/10kg.
10/12
Sabiex wieħed jassigura li d-doża hija tajba, wieħed għandu juża siringa jew strument ieħor adattat għall-amministrazzjoni fil-ħalq.
Il-kura għandha tingħata fl-istess ħin kuljum.
Jekk għoġol ġie trattat b’dan il-prodott, kull ġħoġol li jitwieled wara irid jibqa’ jiġi trattat sakemm il- periklu ta’ dijareja minn C.parvum jippersisti fir-razzett.
8.ŻMIEN TA' TIŻMIM
Laħam u Interjur :13 il- gurnata
9.TWISSIJIET SPEĊJALI OĦRA, JEKK MEĦTIEĠ
Tużax fuq stonku vojt.
Tużax f’każ ta’ dijareja li ilha aktar minn 24 siegħa u f’annimali dgħajfa.
Jekk se titratta għoġġiela anoressi`i, amministra l-prodott ma tahlita ta’ nofs litru electrolytes. L- annimali għandhom jingħataw kolostrum biżżejjed skond pratti`i tat-trobbija tajba.
Doża eċċesiva:
Minħabba li sintomi ta’ tossi`ita’ jibdew jidhru meta tingħata doża terapewtika doppja, huwa ne`essarju li wieħed jamministra l-prodott strettament kif rakkomandat. Sintomi ta’ tossi`ita’ jinkludu: dijareja, demm fil-ħmieġ, tnaqqis fl-aptit, l-annimali jixxotta, telqa u għejja. Jekk ikun hemm dawn is- sintomi wieħed għandu jwaqqaf il-kura u l-annimali jingħata ħalib jew sostitut tal-ħalib. Jista’ wkoll ikun hemm bżonn li l-annimali jiġi kkurat għad-diżidrazzjoni.
Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu mill-persuna li tamministra l-prodott mediċinali lill-annimali:
Għal min juża il-prodott.
•Kuntatt kontinwu jew ripetittiv mal-prodott jista’ jikkawża allergiji
•Evita kuntatt tal-prodott mal-ġilda jew l-għajnejn. F’każ ta’ kuntatt mal-ġilda jew l-għajnejn, laħlaħ sewwa bl-ilma. Jekk l-irritazzjoni fl-għajnejn tipersisti, ara tabib.
•Ilbes ingwanti protetivi waqt li qed tuża dan il-prodott.
•Aħsel idejk wara li tuża dan il-prodott.
10.DATA TA' SKADENZA
Jiskadi {xahar / sena}
La darba jinfetaħ uża fi żmien 6 xhur
11.KONDIZZJONIJIET SPEĊJALI DWAR KIF GĦANDU JINĦAŻEN
Dan il-prodott mediċinali veterinarju m’għandux bżonn ta’ l-ebda kondizzjoni speċjali sabiex jinħażen.
12. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR
IR-RIMI TA' PRODOTTI MHUX UŻATI JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ
HALOCUR ma għandu qatt jitħalla jmur man-nixxiegħat tal-ilma minħabba li jista’ jkun ta' periklu għall- ħut jew ħlejqiet oħra akwatici.
Mediċina veterinarja li ma ġietx użata jew prodotti oħra li ntużaw għal din il-mediċina għandhom jintremew skond kif titlob il-liġi tal-pajjiż.
13. IL-KLIEM
"GĦAL TRATTAMENT TA’ L-ANNIMALI BISS” U KONDIZZJONIJIET JEW RESTRIZZJONIJIET DWAR IL-PROVISTA U L-UŻU, jekk applikabbli
Għal Trattament ta’ l-Annimali Biss - Sabiex jiġu mogħtija biss bi preskrizzjoni veterinarja.
14.IL-KLIEM “ŻOMM FEJN MA JINTLAĦAQX U MA JIDHIRX MIT-TFAL”
Żomm fejn ma jintlaħaqx u ma jidhirx mit-tfal.
15. L-ISEM U L-INDIRIZZ TAS-SID TA’ L-AWTORIZZAZZJONI TAL-KUMMERĊ
Intervet International B.V. Wim de Korverstraat 35 5831 AN Boxmeer Olanda
16.NUMRU/I TA’ L-AWTORIZZAZZJONI TAL-KUMMERĊ
EU/2/99/013/001-0020
17.NUMRU TAL-LOTT TAL-MANIFATTUR
<Lott> <lott> <Numru tal-lott> {numru}