Maltese
Agħżel il-lingwa tas-sit

Hiprabovis IBR Marker Live (live gE- tk- double-gene-deleted bovine...) - QI02AD01

Updated on site: 09-Feb-2018

Isem tal-Mediċina: Hiprabovis IBR Marker Live
ATC: QI02AD01
Sustanza: live gE- tk- double-gene-deleted bovine herpes virus type 1, strain CEDDEL: 106.3107.3 CCID50
Manifattur: Laboratorios Hipra S.A
An agency of the European Union

Hiprabovis IBR Marker Live

Vaċċin ħaj kontra r-rinotrakeite tal-bovini li tittieħed (IBR)

Dan id-dokument huwa sommarju tar-Rapport Pubbliku Ewropew ta’ Valutazzjoni. L-iskop tiegħu huwa li jispjega kif il-valutazzjoni li saret mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju (CVMP) abbażi tad-dokumentazzjoni pprovduta wasslet għar-rakkomandazzjonijiet dwar il-kondizzjonijiet talu żu.

Dan id-dokument ma jistax jissostitwixxi d-diskussjoni wiċċ imb wiċċ mal-veterinarju tiegħek. Jekk teħtieġ aktar informazzjoni dwar il-kondizzjoni medika jew il-kura tal-annimal tiegħek, ikkuntattja lill- veterinarju tiegħek. Jekk trid aktar informazzjoni abbażi tar-rakkomandazzjonijiet tas-CVMP, aqra d- Diskussjoni Xjentifika (parti mill-EPAR ukoll).

X’inhu Hiprabovis IBR Marker Live?

Hiprabovis IBR Marker Live huwa vaċċin ħaj. Dan huwa trab għas-sospensjoni għat-titqib li fih vajrus immodifikat ħaj tar-rinotrakeite tal-bovini li tittieħed (IBR) li huwa magħruf ukoll bħala Vajrus Erpetiku tal-Bovini tat-tip 1.

Għal xiex jintuża Hiprabovis IBR Marker Live?

Hiprabovis IBR Marker Live jintuża biex jingħataw vaċċini lill-bhejjem (baqar u għoġġiela) kontra infezzjonijiet respiratorji li jkunu kkaġunati mill-IBR. Il-vaċċin jintuża biex inaqqas is-sinjali kliniċi tal- IBR u tal-eskrezzjoni (tixrid) tal-vajrus mill-annimali infettati.

Il-vaċċin jingħata lil annimali f’żewġ titqibat fil-muskoli tal-għonq. It-tieni titqiba tingħata tliet ġimgħat wara l-ewwel waħda. L-ewwel titqiba tista’ tingħata lil għoġiela li jgħoddu tliet xhur jew iżjed. It- titqibat għandhom jingħataw, jekk jista’ jkun, fuq in-naħat alternattivi tal-għonq. Wara tista’ tingħata titqiba ‘buster’ kull sitt xhur sabiex jinżamm l-effett tal-vaċċin.

Kif jaħdem Hiprabovis IBR Marker Live?

Hiprabovis IBR Marker Live huwa vaċċin li fih vajrus IBR li jkun immodifikat b’mod ġenetiku biex iħassar żewġ ġeni partikulari ħalli l-vajrus isir inqas ‘patoġeniku’ (inqas kapaċi jikkawżaw mard). Il- vajrus ikun ħaj iżda mdgħajjef sabiex tkompli titnaqqaslu l-ħila li jikkawża infezzjonijiet.

Hiprabovis IBR Marker Live huwa vaċċin. Il-vaċċini jaħdmu billi ‘jgħallmu’ lis-sistema immunitarja (id- difiżi naturali tal-ġisem) kif tiddefendi ruħha kontra l-mard. Meta Hiprabovis IBR Marker Live jingħata lill-għoġġiela, is-sistema immunitarja tgħodd lill-vajrus b’’barrani’ u tipproduċi d-difiżi għal kontrih.

Kemm-il darba fil-ġejjieni l-annimali jkunu esposti għall-vajrus IBR, is-sistema immunitarja tkun kapaċi tirreaġixxi aktar malajr. Dan jgħin biex ikun hemm protezzjoni kontra l-marda.

Kif ġie studjat Hiprabovis IBR Marker Live?

Is-sikurezza ta' Hiprabovis IBR Marker Live ġiet mistħarrġa f’laboratorju waqt għadd ta' studji u fi prova fuq il-post li inkludiet baqar tal-ħalib u għoġġiela tas-simna. L-istudji stħarrġu wkoll is-sikurezza tal-vaċċin f’annimali tqal.

L-istudji dwar l-effikaċja tal-vaċċin saru fi tliet laboratorji, u studju minnhom stħarreġ id-dewma tal- immunità. Studju minnhom eżamina l-effikaċja ta’ Hiprabovis IBR Marker Live u qabblu ma’ vaċċin finta fir-rigward tat-tnaqqis tas-sinjali kliniċi tal-marda u tal-eskrezzjoni tal-vajrus.

X’benefiċċji wera Hiprabovis IBR Marker Live f’dawn l-istudji?

L-istudji wrew li l-vaċċin huwa sikur għall-għoġġiela ta’ tliet xhur jew iżjed u li kapaċi jnaqqas is-sinjali kliniċi tal-IBR u l-eskrezzjoni fuq il-post tal-vajrus. L-istudji wrew ukoll li l-vaċċin jista’ jintuża f’għoġġiela tqal kif ukoll fil-preżenza ta’ antikorpi ta’ oriġini materna. Dan il-vaċċin huwa vaċċin markatur u jista’ jintuża f’testijiet differenzjali ta’ għoġġiela mlaqqma u infettati b’mod naturali, li huwa għodda utli fil-kampanji tal-qerda tal-vajrus.

X’inhuma r-riskji assoċjati ma’ Hiprabovis IBR Marker Live?

Wara t-tilqim u fl-erbat ijiem ta’ wara l-annimali jistgħu jġarrbu żieda żgħira fit-temperatura tal-ġisem sa 1° C. Xi minn daqqiet din iż-żieda tista’ tkun ogħla (sa 1.6º C fil-baqar adulti u sa 2.2º C fl- għoġġiela). Iż-żieda fit-temperatura tkun temporanja u tinżel b’mod spontanju u mingħajr l-ebda trattament fi żmien jumejn. L-annimali jistgħu jġarrbu wkoll infjammazzjoni temporanja fis-sit tat- titqiba matul it-72 siegħa ta’ wara t-tilqima. Fil-biċċa l-kbira tal-każi din in-nefħa ħafifa ddum inqas minn ġurnata.

X’inhuma l-prekawzjonijiet li trid tieħu l-persuna li tagħti l-mediċina jew li tiġi f’kuntatt mal-annimal?

F’dan ir-rigward ma hemm l-ebda riskji speċifiċi.

Kemm għandu jitħalla żmien qabel l-annimal jinqatel u l-laħam tiegħu jintuża għall-konsum mill-bniedem (perjodu ta’ tiżmim)?

Il-perjodu ta’ tiżmim huwa żero jiem.

Kemm għandu jitħalla żmien qabel ma jkun jista’ jittieħed ħalib mill- annimal għall-konsum mill-bniedem?

Il-ħalib jista’ jittieħed minnufih.

Għaliex ġie approvat Hiprabovis IBR Marker Live?

Il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju (CVMP) kkonkluda li l-benefiċċji ta’ Hiprabovis IBR Marker Live jiżbqu lir-riskji f'dak li għandu x'jaqsam mat-tilqim attiv tal-għoġġiela minn tliet xhur 'il fuq kontra l-Vajrus Erpetiku tal-Bovini tat-tip 1 biex jitnaqqsu s-sinjali kliniċi tar-rinotrakeite tal- bovini li tittieħed u l-eskrezzjoni tal-vajrus fuq il-post, u għaldaqstant irrakkomanda li Hiprabovis IBR Marker Live jingħata l-awtorizzazzjoni biex jitqiegħed fis-suq. Il-bilanċ bejn ir-riskji u l-benefiċċji jinsab fil-modulu tad-diskussjoni xjentifika modulu ta’ dan l-EPAR.

Tagħrif ieħor dwar Hiprabovis IBR Marker Live

Il-Kummissjoni Ewropea tat awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq valida fl-Unjoni Ewropea kollha għal Hiprabovis IBR Marker Live lil Laboratorios Hipra S.A. fid-data tal-27/01/2011. L-informazzjoni dwar l- istatus tal-preskrizzjoni ta’ dan il-prodott tinsab fuq it-tikketta jew fuq il-pakkett ta’ barra.

Dan is-sommarju ġie aġġornat l-aħħar fid-data tal-27/01/2011.

Kummenti