Masivet (masitinib mesylate) – Fuljett ta’ tagħrif - QL01XE90

FULJETT TA’ TAGĦRIF

MASIVET 50mg pilloli miksijin b’rita għall-klieb

MASIVET 150 mg pilloli miksijin b’rita għall-klieb

1. ISEM U INDIRIZZ

TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ U TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI TAL-MANIFATTURA RESPONSABBLI GĦALL-ĦRUĠ TAL-LOTT, JEKK DIFFERENTI

Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq:

AB Science S.A. 3 avenue George V FR-75008 Paris Franza

Il-manifattur għall-ħruġ tal-lott:

Centre Spécialités Pharmaceutiques Avenue du Midi

63800 Cournon d’Auvergne Franza

2.ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU

MASIVET 50 mg pilloli miksijin b’rita għall-klieb

MASIVET 150 mg pilloli miksijin b’rita għall-klieb

3.DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I) U SUSTANZI OĦRA

MASIVET hija pillola ta’ lewn oranġjo ċar, tonda, miksija b’rita.

Kull pillola fiha 50mg jew 150 mg ta’ masitinib, li hija-sustanza attiva. Kull pillola fiha wkoll Sunset yellow FCF (E 110) aluminium lake u Titanium dioxide (E171) bħala kulurant.

Il-pilloli huma mmarkati bin-numru “50” jew “150” fuq naħa, u bil-lowgo tal-kumpanija fuq in-naħa l- oħra.

4.INDIKAZZJONI(JIET)

Masivet jintuża għat-trattament ta’ klieb li jkollhom tumuri tal-mast cell (Grad 2 jew 3) li ma jistgħux jitneħħew, b’riċettur mibdul ikkonfermat tal-c-KIT tyrosine kinase.

5.KONTRAINDIKAZZJONIJIET

Il-kelb/kelba tiegħek m’għandhomx jingħataw Masivet:

jekk hija tqila jew tredda’ l-ġriewi,

jekk għandhom inqas minn 6 xhur jew jiżnu inqas minn 4 kg,

jekk ibatu minn funzjoni inadegwata tal-fwied jew tal-kliewi,

jekk għandhom anemija jew għadd baxx ta’ newtrofili,

jekk ikollhom reazzjoni allerġika għal masitinib, is-sustanza attiva ta’ Masivet jew xi sustanza mhux attiva użata f’din il-mediċina.

6.EFFETTI MHUX MIXTIEQA

Għandi nistenna effetti sekondarji għall-kelb tiegħi waqt it-terapija b’Masivet?

Bħal kull mediċina oħra, Masivet jista’ jikkawża reazzjonijiet avversi. Il-veterinarju tiegħek jista’ jfissirhomlok aħjar.

Effetti komuni ħafna:

Reazzjonijiet gastro-intestinali ħfief għal moderati (dijarea u rimettar) li jdumu medja ta’ madwar 21 ġurnata u 9 ijiem, rispettivament.

Twaqqigħ ħafif għal moderat tax-xagħar li jdum medja ta’ madwar 26 ġurnata.

Effetti komuni:

Għandhom jittieħdu miżuri speċifiċi mill-veterinarju tiegħek jekk ikun hemm ir-reazzjonijiet li ġejjin (ara sezzjoni 8):

Jista’ jkun hemm tossiċità renali severa fi klieb li jsofru minn disturbi renali fil-bidu tat- trattament (fosthom livell għoli ta’ kreatinina fid-demm jew proteinurja).

Anemija (aplastika/emolitika) moderata għal severa li ddum medja ta’ madwar 7 ijiem.

Is-sindromu tat-telf ta’ proteina (l-aktar minħabba tnaqqis tal-albumina fis-serum).

Newtropenija ħafifa jew moderata li ddum medja ta’ madwar 24 ġurnata.

Żieda fl-aminotransferase (ALT jew AST) li ddum medja ta’ madwar 29 ġurnata.

Reazzjonijiet avversi oħra osservati b’mod komuni kienu fil-biċċa l-kbira tal-każijiet ħfief jew moderati:

Letarġija u astenja li jdumu medja ta’ madwar 8 u 40 ġurnata, rispettivament

Tnaqqis fl-aptit jew anoressija li jdumu medja ta’ 45 ġurnata u 18-il ġurnata, rispettivament.

Sogħla (dewmien medju 23 ġurnata).

Limfadenopatija (dewmien medju 47 ġurnata).

Edema (id-dewmien medju tal-edema kien ta’ 7 ijiem).

Lipoma (dewmien medju 53 ġurnata).

X’għandi nagħmel jekk nara effetti sekondarji fil-kelb tiegħi waqt it-trattament b’Masivet?

Jekk tinnota xi effetti serji jew effetti oħra mhux imsemmijin f’dan il-fuljett, jekk jogħġbok informa lill-veterinarju tiegħek. F’każ ta’ reazzjonijiet avversi, il-veterinarju tiegħek jista’ jiddeċiedi li jnaqqas id-doża jew iwaqqaf it-trattament.

7.SPEĊIJIET LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT

Klieb

8.DOŻA GĦAL KULL SPEĊI, MOD TA’ KIF U MNEJN JINGĦATA

Masivet qiegħed għal użu orali fil-klieb u għandu jingħata skont l-istruzzjonijiet tal-veterinarju tiegħek. Il-veterinarju jgħidlek x’ammont huwa tajjeb għall-kelb tiegħek.

Id-doża rakkomandata hija 12.5 mg/kg (b’medda ta’ dożi ta’ 11-14 mg/kg) darba kuljum kif muri fit- tabella hawn taħt. Fi klieb li jiżnu inqas minn 15-il kilogramm, mhuwiex dejjem possibbli dożaġġ preċiż. Dawn il-klieb jistgħu jiġu ttrattati b’50, 100 jew 150 mg, jekk ikun vijabbli sabiex tinkiseb doża fil-mira ta’ 11-14 mg/kilogramm ta’ piż tal-ġisem.

 

12.5 mg/kg piż

 

Numru ta’ pilloli

 

 

 

 

 

 

 

tal-ġisem

 

 

kuljum

 

Doża mg/kg

 

 

Piż tal-ġisem

 

 

 

 

 

piż ta’

 

 

piż ta’

 

 

tal-kelb f’kg

 

50 mg

-

150 mg

 

taħt

 

 

fuq

 

 

> 15

 

u

 

13.7

 

 

11.1

 

 

> 18

 

u

13.9

 

11.4

 

 

> 22

 

-

-

13.6

 

11.5

 

 

> 26

 

u

13.5

 

11.7

 

 

> 30

 

u

13.3

 

11.8

 

 

> 34

 

-

-

13.2

 

11.8

 

 

> 38

 

u

13.2

 

11.9

 

 

> 42

 

u

13.1

 

12.0

 

 

> 46

 

-

-

13.0

 

12.0

 

 

> 50

 

u

13.0

 

12.0

 

 

> 54

 

u

13.0

 

12.1

 

 

> 58

 

-

-

12.9

 

12.1

 

 

> 62

 

u

12.9

 

12.1

 

 

> 66

 

u

12.9

 

12.1

 

 

> 70

 

-

-

12.9

 

12.2

 

 

> 74

 

u

12.8

 

12.2

 

 

> 78

-

 

u

12.8

 

-

 

Jekk il-pillola tiġi mtellgħa jew rimettata sa 10 minuti wara l-għoti, ittrattament- għandu jiġi ripetut. Jekk il-pillola tiġi mtellgħa jew rimettata iżjed tard minn 10 minuti wara l-għoti, it-trattament m’għandux jiġi ripetut.

9.PARIR GĦALL-AMMINISTRAZZJONI KORRETTA

Kif għandi nagħti Masivet lill-kelb tiegħi, u għal kemm żmien?

Il-pilloli għandhom jingħataw dejjem bl-istess mod, mal-ikel. Il-pilloli għandhom jingħataw sħaħ u m’għandhomx jiġu maqsuma, miksura jew imfarrka. Jekk pillola mkissra tiġi mneħħija mill-kelb wara li jomgħodha, din għandha tintrema.

Jekk tinsa tagħti doża, id-doża skedata li jmiss għandha tingħata kif ordnat. M’għandekx iżżid jew tirdoppja d-doża. Jekk jingħata iżjed mill-ammont preskritt ta’ pilloli, ikkuntattja lillveterinarju- tiegħek.

It-tul tat-trattament jiddependi fuq ir-rispons osservat. It-trattament għandu jinżamm fil-każ ta’ marda stabbli, jiġifieri rispons statiku, parzjali jew komplet tat-tumur, bil-kundizzjoni li l-prodott ikun ittollerat b’mod suffiċjentement tajjeb. Fil-każ ta’ progressjoni tat-tumur, l-effikaċja tat-trattament mhijiex probabbli li tirnexxi u t-trattament għandu jiġi rivedut.

It-trattament għandu jiġi rivedut wara 4 sa 6 ġimgħat sabiex jiġi valutat ir-rispons inizjali. It-trattament fit-tul għandu jkun taħt kontroll veterinarju regolari (mill-anqas darba fix-xahar).

10.PERJODU TA’ TIŻMIM

Ma jgħoddx f’dan il-każ.

11.PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA

Żommu fejn ma jintlaħaqx u ma jidhirx mit-tfal. Żomm il-flixkun magħluq sew.

Tużax wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq it-tikketta wara “JIS”.

12. TWISSIJA(IET) SPEĊJALI

12.1 Prekawzjonijiet speċjali għall-użu:

Twissijet speċjali:

Għal kwalunkwe tumur tal-mast cell li jista’ jiġi kkurat b’kirurġija, il-kirurġija għandha tkun it- trattament tal-ewwel għażla. It-trattament b’Masitinib għandhu jintuża biss fi klieb li jkollhom tumuri tal-mast cell li ma jkunux jistgħu jitneħħew u li jesprimu r-riċettur mibdul ta’ c-kit tyrosine kinase. Il- preżenza ta’ riċettur mibdul ta’ c-kit tyrosine kinase trid tiġi kkonfermata qabel it-trattament..

Prekawzjonijiet speċjali għall-użu fl-annimali:

X’inhuma l-prekawzjonijiet speċjali għall-kelb tiegħi?

Il-klieb għandhom jiġu mmonitorjati b’attenzjoni mill-veterinarju tiegħek (mill-anqas kull xahar) u t- trattament jista’ jkollu bżonn jiġi aġġustat jew imwaqqaf, skont il-ħtieġa.

It-trattament għandu jiġi mwaqqaf jekk ikunu osservati xi wħud minn dawn is-sinjali: anemija, newtropenija severa, tossiċità renali severa, tossiċità fil-fwied u/jew dijarea jew rimettar sever li jippersisti wara t-tnaqqis fid-doża.

Il-klieb m’għandhomx jintużaw għat-tgħammir waqt it-trattament. M’għandux jintuża fi klieb tqal jew ireddgħu

X’inhuma l-prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu mill-persuna li tagħti Masivet?

Il-kuntatt ripetut tal-ġilda ma’ masitinib jista’ jindebolixxi l-fertilità tal-mara u l-iżvilupp tal-fetu. Is-sustanza attiva ta’ Masivet tista’ tikkawża sensibilizzazzjoni tal-ġilda.

Evita l-kuntatt tal-ġilda mal-ippurgar, l-awrina, u r-rimettar ta’ klieb ittrattati.

Ilbes ingwanti protettivi meta tarmi r-rimettar, l-awrina jew l-ippurgar ta’ klieb ittrattati.

Jekk pilloli mkissrin, rimettar, awrina jew ippurgar ta’ klieb ittrattati jiġu f’kuntatt mal-ġilda, laħlaħ immedjatament b’ħafna ilma.

Is-sustanza attiva ta’ Masivet tista’ tikkawża irritazzjoni severa fl-għajnejn u ħsara serja fl-għajnejn.

Evita l-kuntatt mal-għajnejn.

Ħu ħsieb li ma tmissx għajnejk qabel ma tkun neħħejt u rmejt l-ingwanti u ħsilt idejk sewwa.

Jekk il-prodott jiġi f’kuntatt mal-għajnejn, laħlaħ immedjatament b’ħafna ilma.

Persuni b’sensittività eċċessiva magħrufa m’għandhomx jimmaniġġaw il-prodott.

F’każ ta’ inġestjoni aċċidentali, fittex parir mediku mill-ewwel u uri l-fuljett ta’ tagħrif jew it-tikketta lit-tabib. M’għandux isir ikel, xorb, jew tipjip waqt li jkun qed jiġi ttrattat il-kelb.

It-tfal m’għandux ikollhom kuntatt mill-qrib ma’ klieb trattati, ippurgar jew rimettar ta’ klieb ittrattati.

Jistgħu jingħataw medikazzjonijiet oħra waqt li l-kelb tiegħi jkun qed jieħu Masivet?

Jeżistu ċerti mediċini li m’għandekx tagħtihom lill-kelb tiegħek waqt it-trattament għaliex flimkien, jistgħu jikkawżaw effetti avversi serji.

L-użu simultanju ta’ sustanzi oħra b’livell għoli ta’ twaħħil mal-proteini jista’ jikkompeti mat-twaħħil ta’ masitinib u b’hekk jikkawża effetti avversi.

L-użu simultanju ta’ sustanzi li jiġu metabolizzati minn isoformi CYP450 jista’ jirriżulta f’livelli iżjed għoljin jew iżjed baxxi fil-plażma ta’ masitinib jew ta’ dawk is-sustanzi.

Għid lill-veterinarju tiegħek dwar il-mediċini kollha, inklużi l-prodotti li tixtrihom mingħajr riċetta, li beħsiebek tagħti lill-kelb tiegħek.

L-effikaċja ta’ Masivet tista’ tkun imnaqqsa fi klieb ittrattati qabel bil-kemjoterapija u/jew bir- radjuterapija. Ma hija disponibbli l-ebda informazzjoni dwar cross-resistance li jista’ jkun hemm ma’ prodotti ċitostatiċi oħra.

Doża eċċessiva:

Id-doża ta’ kuljum rakkomandata ta’ 12.5 mg/kilogramm ta’ piż tal-ġisem tikkorrispondi għad-Doża Massima Tollerata (MTD).

L-organi fil-mira prinċipali tat-tossiċità fil-klieb huma l-apparat gastrointestinali, is-sistema ematopoetika, il-kliewi u l-fwied.

F’każ ta’ episodji avversi wara doża eċċessiva, it-trattament għandu jitwaqqaf sar-riżoluzzjoni, u mbagħad jitkompla fil-livell tad-doża terapewtika rakkomandata. Ikkuntattja lill-veterinarju tiegħek.

13. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI

GĦAR-RIMI TA’ PRODOTTI MHUX UŻATI JEW SKART MINN DAWN IL-PRODOTTI, JEKK HEMM BŻONN

Il-mediċini m’għandhomx jintremew mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsiill-l veterinarju dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għandekx bżonn. Dawn il-miżuri jgħinu għall- protezzjoni tal-ambjent.

14.DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR DAN IL-FULJETT TA’ TAGĦRIF

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq il-websajt tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu.

15.TAGĦRIF IEĦOR

Għat-trattament tal-annimali biss.

Il-pilloli huma disponibbli f’pakketti ta’ 30 pillola.

Masivet huwa mediċina bir-riċetta li tintuża għat-trattament ta’ tumuri tal-mast cell fil-klieb. It-tumuri tal-mast cell huma proliferazzjonijiet kanċerużi tal-mast cells. Hija marda eteroġenea li tista’ tkun relattivament innoċenti jew malinna b’mod aggressiv. F’ċerti ċirkustanzi, it-tumuri tal-mast cell jistgħu jkunu ta’ theddida għall-ħajja tal-kelb tiegħek. Masivet jista’ jtawwal iż-żmien qabel ma jimxi t-tumur.

Informazzjoni speċjali għall-veterinarju

Il-klieb għandhom jiġu mmonitorjati b’attenzjoni u għandu jintuża ġudizzju professjonali biex tiġi stabbilita l-ħtieġa għal tnaqqis fid-doża f’każ li jista’ jkun hemm reazzjonijiet avversi sinifikanti.

Monitoraġġ tal-funzjoni renali

Il-funzjoni renali għandha tiġi mmonitorjata adegwatament kull xahar permezz ta’ testijiet tal-awrina bid-dipstikk.

F’każ ta’ riżultati semikwantitattivi pożittivi bid-dipstikk (proteina > 30 mg/dl), għandha titwettaq analiżi kimika tal-awrina biex jiġi stabbilit il-proporzjon tal-urinary protein creatinine (UPC), u kampjun tad-demm sabiex jitkejlu l-kreatinina, l-albumina u l-blood urea nitrogen (BUN)

Jekk il-proporzjon tal-UPC ikun > 2, jew il-kreatinina tkun > 1.5 il-limitu ta’ fuq tan-normal (ULN), jew l-albumina tkun < 0.75 il-limitu ta’ taħt tan-normal (LLN) jew il-blood urea nitrogen (BUN) > 1.5 ULN, it-trattament għandu jiġi mwaqqaf.

Monitoraġġ tas-sindromu tat-telf ta’ Proteina

Kull xahar għandu jitwettaq test tal-awrina bid-dipstikk. F’każ ta’ riżultati semikwantitattivi pożittivi tad-dipstikk (proteina ≥30 mg/dL), għandha ssir analiżi kimika tal-awrina biex jiġi stabbilit il- proporzjon tal-urinary protein creatinine (UPC).

Kull xahar għandu jsir kejl tal-albumina fid-demm.

Jekk il-proporzjon tal-UPC ikun > 2 jew l-albumina tkun < 0.75 il-limitu ta’ taħt tan-normal (LLN), it-trattament għandu jiġi interrott sakemm il-valuri tal-albumina u tal-UPC ikunu reġgħu lura għall-valur tal-limitu (proporzjon UPC < 2 u albumina > 0.75 LLN), it-trattament imbagħad ikun jista’ jitkompla bl-istess doża.

Jekk xi wieħed minn dawn l-episodji (proporzjon UPC > 2 jew albumina < 0.75 LLN) jseħħ għat-tieni darba, it-trattament għandu jitwaqqaf b’mod permanenti.

Anemija u / jew emolisi

Il-klieb għandhom jiġu mmonitorjati b’attenzjoni għal sinjali ta’ anemija (emolitika). F’każ ta’ sinjali kliniċi ta’ anemija jew emolisi, għandhom jiġu mkejla l-emoglobina, il-bilirubina libera u l- haptoglobina u għandu jitwettaq għadd taċ-ċelloli tad-demm (inklużi r-retikuloċiti).

It-trattament għandu jitwaqqaf fil-każ ta’:

Anemija emolitika, jiġifieri emoglobina < 10 g/dL u emolisi, jiġifieri bilirubina libera > 1.5 ULN u haptoglobina < 0.1 g/dL,

Anemija minħabba nuqqas ta’ riġenerazzjoni, jiġifieri emoglobina < 10 g/dL u retikuloċiti < 80,000/mm3.

Tossiċità tal-fwied (żieda fl-ALT jew fl-AST), newtropenija

Fil-każ ta’ żieda fl-ALT jew fl-AST ta’ > 3 ULN, tnaqqis fl-għadd ta’ newtrofili < 2000/mm3 jew kwalunkwe episodju avvers serju ieħor, it-trattament għandu jiġi modifikat kif ġej:

Mal-ewwel inċidenza, it-trattament għandu jiġi interrott sar-riżoluzzjoni, imbagħad jitkompla bl-istess livell ta’ doża;

Mat-tieni inċidenza tal-istess episodju, it-trattament għandu jiġi interrott sar-riżoluzzjoni; it-trattament imbagħad għandu jitkompla b’doża mnaqqsa ta’ 9 mg/kilogramm ta’ piż tal-ġisem kuljum;

Mat-tielet inċidenza tal-istess episodju, it-trattament għandu jiġi interrott sar-riżoluzzjoni; it-trattament imbagħad għandu jitkompla b’doża iżjed imnaqqsa għal 6 mg/kg kuljum;

It-trattament għandu jitwaqqaf jekk xorta jkun hemm reazzjonijiet avversi severi bid-doża ta’ 6 mg/kg kuljum.

Sommarju tal-limiti massimi għal valutazzjonijiet tal-laboratorju li jirriżultaw f’kontra- indikazzjoni jew modifika tat-trattament (interruzzjoni, tnaqqis fid-doża jew twaqqif)

ĠESTJONI TAT-TOSSIĊITÀ FIL-FWIED (ALT jew AST)

Kontra-indikazzjoni

 

Interruzzjoni tat-

 

Tnaqqis fid-doża

Twaqqif tat-trattament

 

trattament

 

 

 

 

 

 

> 3 ULN

 

> 3ULN

 

> 3 ULN

> 3ULN

 

(l-ewwel darba)

 

(it-tieni/tielet darba)

(ir-raba’ darba)

 

 

 

ĠESTJONI TAN-NEWTROPENIJA (għadd ta’ newtrofili)

Kontra-indikazzjoni

 

Interruzzjoni tat-

 

Tnaqqis fid-doża

Twaqqif tat-trattament

 

trattament

 

 

 

 

 

 

< 2000 /mm3

 

< 2000 /mm3

 

< 2000 /mm3

< 2000 /mm3

 

 

(l-ewwel darba)

 

(it-tieni/tielet darba)

(ir-raba’ darba)

ĠESTJONI TAS-SINDROMU TAT-TELF TA’ PROTEINA (Albuminemija u/jew UPC)

 

Kontra-indikazzjoni

 

Interruzzjoni tat-

 

Tnaqqis fid-doża

Twaqqif tat-trattament

 

 

trattament

 

 

 

 

 

 

 

 

Albumina < 1 LLN

 

Albumina < 0.75 LLN

 

 

Albumina < 0.75 LLN

 

 

jew UPC >2

 

Ma japplikax

jew UPC > 2

 

jew UPC > 2

 

 

 

 

(l-ewwel darba)

 

 

(it-tieni darba)

 

 

 

 

 

 

ĠESTJONI TAL-ANEMIJA EMOLITIKA U TAL-ANEMIJA MINĦABBA NUQQAS TA’ RIĠENERAZZJONI

 

 

(emoglobina, bilirubina, haptoglobina, retikuloċiti)

 

Kontra-indikazzjoni

 

Interruzzjoni tat-

 

Tnaqqis fid-doża

Twaqqif tat-trattament

 

 

trattament

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Emoglobina < 10g/dL

 

 

 

 

 

 

u jew

 

Emoglobina < 10g/dL

 

Ma japplikax

 

Ma japplikax

bilirubina libera > 1.5

 

 

 

ULN u

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

haptoglobina<0.1g/dl

 

 

 

 

 

 

jew retikuloċiti <

 

 

 

 

 

 

80,000/mm3

Aġġustament fid-doża

Id-doża ta’ kuljum rakkomandata ta’ 12.5 mg/kg ta’ piż tal-ġisem tikkorrispondi mad-Doża Massima Tollerata (MTD) derivata mill-istudji dwar l-effett tossiku minn dożi ripetuti fi klieb Beagle b’saħħithom. Fil-każ tar-reazzjonijiet avversi, id-dożi jistgħu jitnaqqsu għal dożi darba kuljum ta’

9 mg/kilogramm ta’ piż tal-ġisem (medda 7.5 – 10.5 mg/kg) jew 6 mg/kilogramm ta’ piż tal-ġisem (medda 4.5 – 7.5 mg/kg) skont it-tabelli ta’ hawn isfel.

9 mg għal kull kilogramm ta’ piż tal-ġisem

 

 

Numru ta’ pilloli

Doża mg/kg

 

 

 

kuljum

 

 

Piż tal-ġisem

 

 

 

piż ta’

piż ta’

tal-kelb f’kg

50 mg

-

150 mg

taħt

fuq

> 15.0

19.4

-

-

10.0

7.7

> 19.4

25.0

u

10.3

8.0

> 25.0

30.6

u

10.0

8.2

> 30.6

36.1

-

-

9.8

8.3

> 36.1

41.7

u

9.7

8.4

> 41.7

47.2

u

9.6

8.5

> 47.2

52.8

-

-

9.5

8.5

> 52.8

58.3

u

9.5

8.6

> 58.3

63.9

u

9.4

8.6

> 63.9

69.4

-

-

9.4

8.6

> 69.4

75.0

u

9.4

8.7

> 75.0

80.6

u

9.3

8.7

6 mg għal kull kilogramm ta’ piż tal-ġisem

 

 

Numru ta’ pilloli

Doża mg/kg

 

 

 

kuljum

 

 

Piż tal-ġisem

 

 

 

piż ta’

piż ta’

tal-kelb f’kg

50 mg

-

150 mg

taħt

fuq

> 15.0

20.8

-

-

6.6

4.8

> 20.8

29.2

-

-

7.2

5.1

> 29.2

37.5

u

6.9

5.3

> 37.5

45.8

u

6.7

5.5

> 45.8

54.2

-

-

6.5

5.5

> 54.2

62.5

u

6.5

5.6

> 62.5

70.8

u

6.4

5.6

> 70.8

79.2

-

-

6.4

5.7

> 79.2

-

u

6.3

-

Kummenti