Maltese
Agħżel il-lingwa tas-sit

Porcilis ColiClos (Clostridium perfringens type C /Escherichia...) - QI09AB08

Updated on site: 09-Feb-2018

Isem tal-Mediċina: Porcilis ColiClos
ATC: QI09AB08
Sustanza: Clostridium perfringens type C /Escherichia coli F4ab /E. coli F4ac /E. coli F5 /E. coli F6 /E. coli LT
Manifattur: Intervet International BV
An agency of the European Union

Porcilis ColiClos

Vaċċin kontra l-infezzjonijiet E. Coli u C. perfringens

Dan id-dokument huwa sommarju tar-Rapport Pubbliku Ewropew ta’ Valutazzjoni. Dan għandu l-għan li jispjega kif il-valutazzjoni magħmula mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju (CVMP) abbażi tad-dokumentazzjoni pprovduta wasslet għar-rakkomandazzjonijiet dwar il- kundizzjonijiet tal-użu tiegħu.

Dan id-dokument ma jistax jieħu post diskussjoni wiċċ imb wiċċ mal-veterinarju tiegħek. Jekk teħtieġ aktar informazzjoni dwar il-kundizzjoni medika jew il-kura tal-annimal tiegħek, ikkuntattja lill- veterinarju tiegħek. Jekk tixtieq iktar informazzjoni dwar ir-rakkomandazzjonijiet tas-CVMP, aqra d- diskussjoni xjentifika (parti wkoll mill-EPAR).

X’inhu Porcilis ColiClos?

Porcilis ColiClos huwa vaċċin li jiġi f’sospensjoni għal inezzjoni. Dan fih partijiet tal-batterju Escherichia coli (E. coli) msejjaħ adeżini fimbrijali F4ab, F4ac, F5 u F6 u tossojde LT (tossina mdebbla), kif ukoll tossojde tal-batterju tat-tip C tal-Clostridium perfringens (C. perfringens).

Għal xiex jintuża Porcilis ColiClos?

Porcilis ColiClos jingħata lill-iskorfi (ħnieżer nisa li jkunu diġà welldu) jew lill-iskrofetti (ħnieżer nisa li ma jkunux għadhom welldu) ħalli l-frieħ tagħhom ikunu protetti kontra infezzjonijiet ikkawżati minn razez tal-E. Coli li jesprimu l-komponenti F4ab, F4ac, F5 jew F6, u mis-C. perfringens tat-tip C. Il- vaċċin jintuża biex inaqqas l-imwiet u s-sinjali kliniċi kkaġunati minn dawn il-batterji matul l-ewwel jiem tal-ħajja.

Porcilis ColiClos jingħata b’injezzjoni fil-muskolu fin-naħa tal-għonq ta’ wara l-widna. L-ewwel injezzjoni tingħata lill-iskorfi jew lill-iskrofetti minn sitt sa tmien ġimgħat qabel id-data tat-tifrigħ (it- twellid). It-tieni injezzjoni tingħata erba’ ġimgħat wara. L-iskorfi li jkunu diġà tlaqqmu skont din l- iskema jkunu jeħtieġu biss tilqima waħda li tingħata minn ġimgħatejn sa erba’ ġimgħat qabel id-data mistennija tat-tifrigħ.

Kif jaħdem Porcilis ColiClos?

Porcilis ColiClos huwa vaċċin. Il-vaċċini jaħdmu billi ‘jgħallmu’ lis-sistema immunitarja (id-difiżi naturali tal-ġisem) tiddefendi ruħha kontra l-mard. Porcilis ColiClos fih partijiet tal-batterji E. coli u C. perfringens li jkunu ġew diżattivati ħalli ma jikkaġunaw l-ebda marda. Meta Porcilis ColiClos jingħata lill-iskorfi jew lill-iskrofetti, is-sistema immunitarja tal-ħnieżer tgħodd il-batterji diżattivati b’‘barranin’ u tipproduċi antikorpi kontrihom. Dawn l-antikorpi jgħaddu mill-omm għall-frieħ mill-kolostru (l-ewwel ħalib) u jgħinu lill-ħnieżer jiġġieldu kontra l-infezzjonijiet E. coli u C. perfringens jekk ikunu esposti għalihom wara t-twelid.

Porcilis ColiClos fih aġġuvant li jsaħħaħ ir-rispons immunitarju.

Kif ġie studjat Porcilis ColiClos?

Il-kumpanija ppreżentat data minn studji li saru kemm fil-laboratorji u kemm fuq il-post dwar l- effikaċja tal-vaċċin kontra dawn iż-żewġ batterji. Biex tintwera l-protezzjoni kontra l-infezzjoni E.coli, ġew ippreżentati wkoll studji dwar Porcilis Porcoli Diluvac Forte, li huwa vaċċin awtorizzat fl-UE bl- istess komponenti tal-E. coli li għandu Porcilis ColiClos.

X’benefiċċju wera Porcilis ColiClos f’dawn l-istudji?

Intwera li Porcilis ColiClos inaqqas l-imwiet u s-sinjali kliniċi tal-infezzjonijiet E. coli jew C. perfringens fil-ħnieżer bħad-dijarrea neonatali u l-enterotossjemija nekrotika (infezzjoni gravi fl-imsaren). Intwera wkoll li dan jista’ jnaqqas l-użu tal-antibijotiċi fl-unitajiet tal-produzzjoni tal-ħnieżer.

X’inhu r-riskju assoċjat ma’ Porcilis ColiClos?

F’nhar it-tilqima jaf tiġi osservata żieda fit-temperatura tal-ġisem sa 2°C . Tnaqqis fl-attività u nuqqas ta’ aptit huma komuni wkoll fil-jum tal-injezzjoni. Tista’ tiżviluppa wkoll nefħa, li ġieli tkun tweġġa’ u iebsa, b’10 ċm dijametru fis-sit tal-injezzjoni li ddum sa 25 jum.

Xi prekawzjonijiet irid jieħu min jagħti l-mediċina jew jiġi f’kuntatt mal- annimal?

Min jinjetta lilu nnifsu b’mod aċċidentali, għandu jfittex parir mediku minnufih u juri l-fuljett ta’ tagħrif jew it-tikketta lit-tabib.

Kemm għandu jdum il-perjodu ta’ tiżmim?

Il-perjodu ta’ tiżmim huwa ż-żmien li jrid jgħaddi qabel ma l-animal ikun jista’ jinqatel u l-laħam tiegħu jintuża għall-konsum mill-bniedem jonkella qabel ma l-bajd jew il-ħalib tiegħu jkun jista’ jintuża għall- konsum mill-bniedem. Il-perjodu ta’ tiżmim ta’ Porcilis ColiClos huwa żero jiem għall-laħam tal-ħanżir.

Għaliex ġie approvat Porcilis ColiClos?

Il-Kumitat għal Prodotti Mediċinali għal Użu Veterinarju (CVMP) kkonkluda li l-benefiċċji ta’ Porcilis ColiClos jisboq ir-riskji tiegħu u għaldaqstant irrakkomanda li Porcilis ColiClos jingħata awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq. Il-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju jinsab fil-modulu tad-diskussjoni xjentifika ta’ dan l-EPAR.

Tagħrif ieħor dwar Porcilis ColiClos:

Il-Kummissjoni Ewropea tat awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq valida fl-Unjoni Ewropea kollha lil Porcilis ColiClos fil-14/06/2012. Tagħrif dwar l-istejtus tal-preskrizzjoni ta’ dan il-prodott jista’ jinsab

fuq it-tikketta/pakkett ta’ barra.

Dan is-sommarju ġie aġġornat l-aħħar fi 14/06/2012.

Kummenti