Maltese
Agħżel il-lingwa tas-sit

Proteq West Nile (vCP2017 virus) - QI05AX

Proteq West Nile

West Nile virus rikombinanti tal-canarypox (virus vCP2017)

Dan id-dokument huwa sommarju tar-Rapport Pubbliku Ewropew ta’ Valutazzjoni. L-għan tiegħu huwa li jispjega kif il-valutazzjoni magħmula mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju (CVMP) abbażi tad-dokumentazzjoni pprovduta, wasslet għar-rakkomandazzjonijiet dwar il- kundizzjonijiet tal-użu.

Dan id-dokument ma jistax jissostitwixxi diskussjoni wiċċ imb wiċċ mal-veterinarju tiegħek. Jekk teħtieġ iktar informazzjoni dwar il-kundizzjoni medika jew it-trattament tal-annimal tiegħek, ikkuntattja lil-veterinarju tiegħek. Jekk tixtieq iktar informazzjoni relatata mar-rakkomandazzjonijiet tas-CVMP, aqra d-Diskussjoni Xjentifika (parti wkoll mill-EPAR).

X’inhu Proteq West Nile?

Proteq West Nile huwa vaċċin li fih il-virus tal-canarypox rikombinanti tal-West Nile (virus vCP2017). Huwa disponibbli f’sospensjoni għal injezzjoni.

Għal xiex jintuża Proteq West Nile?

Proteq West Nile jintuża biex jipproteġi liż-żwiemel minn età ta’ ħames xhur ‘l fuq kontra l-marda tal- West Nile. Il-marda tal-West Nile hija marda virali li tinġarr min-nemus u li tista’ tikkawża enċefalite (infjammazzjoni tal-moħħ) u meninġite (infjammazzjoni tal-inforra tal-moħħ u tal-korda spinali). Il- vaċċin jintuża biex inaqqas l-għadd ta’ żwiemel bil-virus tal-West Nile (viraemia) jew is-sinjali kliniċi tal-marda.

Il-vaċċin jingħata liż-żwiemel ta’ età żgħira f’żewġ injezzjonijiet fil-muskoli tal-għonq. L-ewwel injezzjoni tingħata minn età ta’ ħames xhur u t-tieni injezzjoni tingħata erba’ sa ħames ġimgħat wara. Il-protezzjoni tibda erba’ ġimgħat wara l-ewwel injezzjoni u ddum sena. Iż-żwiemel għandhom jitlaqqmu mill-ġdid kull sena.

© European Medicines Agency, 2011. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged.

Kif jaħdem Proteq West Nile?

Proteq West Nile huwa vaċċin. Il-vaċċini jaħdmu billi “jgħallmu” lis-sistema immunitarja (id-difiżi naturali tal-ġisem) kif tiddefendi ruħha kontra marda. Ir-razza tal-vaċċin vCP2017 fi Proteq West Nile hija virus tal-canarypox ‘ġarrier’ li ngħata ġeni li jagħmluh kapaċi jipproduċi parti mill-virus tal-West Nile, il-proteini PreM u E. Il-virusijiet tal-canarypox la jinfirxu u lanqas jimmultiplikaw fiż-żwiemel imlaqqma.

Meta żiemel jitlaqqam, is-sistema immunitarja tiegħu tagħraf il-proteini PreM u E bħala ‘barranin’ u toħloq antikorpi kontrihom. Fil-futur is-sistema immunitarja tkun tista’ tipproduċi antikorpi aktar malajr meta tkun esposta għall-virus tal-West Nile, u dan jgħin biex jipproteġi kontra l-mortalità minħabba l- marda tal-West Nile.

Il-vaċċin fih ukoll stimulant sabiex itejjeb ir-rispons immunitarju.

Kif ġie studjat Proteq West Nile?

Il-vaċċin ġie ttestjat f’disa’ studji tal-laboratorji bi żwiemel minn età ta’ ħames xhur. Il-miżura prinċipali tal-effikaċja kienet ibbażata fuq in-numru ta’ żwiemel li kellhom viraemija jew sinjali kliniċi tal-marda tal-West Nile. Fl-istudji kollha, iż-żwiemel imlaqqmin tqabblu ma’ żwiemel li ma kinux imlaqqmin.

X’benefiċċju wera Proteq West Nile waqt dawn l-istudji?

L-istudji wrew li l-vaċċin jipprevjeni viremija fiż-żwiemel u jnaqqas is-sinjali kliniċi fi żwiemel infettati bil-virus tal-West Nile.

X’inhuma r-riskji assoċjati ma’ Proteq West Nile?

Żwiemel imlaqqmin bi Proteq West Nile jista’ jkollhom temperatura tal-ġisem xi ftit elevata (sa 1.5°C) li ddum sa jumejn. Jista’ jkollhom ukoll nefħa temporanja fis-sit tal-injezzjoni li normalment titlaq fi żmien erbat ijiem. Għal-lista sħiħa tal-effetti sekondarji kollha rrapportati bi Proteq West Nile, ara l- fuljett ta’ tagħrif.

X’prekawzjonijiet irid jieħu min jagħti l-mediċina jew min jiġi f’kuntatt mal- annimal?

Jekk xi ħadd b’mod aċċidentali jinjetta ruħu bil-mediċina għandu jfittex parir mediku minnufih u għandu juri l-fuljett ta’ tagħrif jew it-tikketta lit-tabib.

Kemm għandu jitħalla żmien qabel l-annimal jinqatel u l-laħam tiegħu jintuża għall-konsum mill-bniedem (perjodu ta’ tiżmim)?

Il-perjodu ta’ tiżmim huwa ż-żmien li għandu jitħalla wara l-għoti tal-mediċina u qabel l-annimal ikun jista’ jinqatel u l-laħam jintuża għall-konsum mill-bniedem jew qabel il-bajd jew il-ħalib ikun jista’ jintuża għall-konsum mill-bniedem. Il-perjodu ta’ tiżmim huwa 0 ġranet.

Proteq West Nile

Għalfejn ġie approvat Proteq West Nile?

Il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju (CVMP) kkunsidra li Proteq West Nile huwa ġeneralment ittollerat tajjeb u li huwa ta’ siwi fit-tnaqqis ta’ tifqigħat kliniċi tal-marda tal-West Nile. Għalhekk is-CVMP wasal għall-konklużjoni li l-benefiċċji ta’ Proteq West Nile huma akbar mir-riskji għat-tilqim ta’ żwiemel minn età ta’ 5 xhur kontra l-marda tal-West Nile u għaldaqstant irrakkomanda li Proteq West Nile jingħata awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq. Il-bilanċ bejn il-benefiċċji u r-riskji jista' jiġi kkonsultat fil-modulu ta’ diskussjoni xjentifika ta' dan l-EPAR.

Informazzjoni oħra dwar Proteq West Nile:

Il-Kummissjoni Ewropea tat awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq valida fl-Unjoni Ewropea kollha għal Proteq West Nile lil MERIAL fi 05/08/2011. L-informazzjoni dwar l-istat tal-preskrizzjoni ta’ dan il- prodott tista’ tiġi kkonsultata fuq it-tikketta/l-pakkett ta’ barra.

Dan is-sommarju ġie aġġornat l-aħħar fi 05/08/2011.

Proteq West Nile

Kummenti