Maltese
Agħżel il-lingwa tas-sit

Purevax RCP FeLV (Attenuated feline rhinotracheitis herpesvirus...) - QI06AX

Updated on site: 09-Feb-2018

Isem tal-Mediċina: Purevax RCP FeLV
ATC: QI06AX
Sustanza: Attenuated feline rhinotracheitis herpesvirus (FHV F2 strain), inactivated feline Calicivirosis antigens (FCV 431 and G1 strains), attenuated feline panleucopenia virus (PLI IV), FeLV recombinant canarypox virus (vCP97)
Manifattur: Merial

PUREVAX RCP FELV

Sommarju ta’ l-EPAR għall-pubbliku

Dan id-dokument huwa sommarju tar-Rapport ta’ Valutazzjoni Pubblika Ewropew. L-għan tiegħu huwa li jispjega kif il-valutazzjoni magħmula mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għal Użu Veterinarju (CVMP) abbażi tad-dokumentazzjoni pprovduta, wasslet għar-rakkomandazzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet ta’ l-użu. Dan id-dokument ma jistax jieħu post diskussjoni wiċċ imb’wiċċ mal-veterinarju tiegħek. Jekk teħtieġ iktar informazzjoni dwar il-kundizzjoni medika jew dwar it- trattament ta’ l-annimal tiegħek, ikkuntattja lill-veterinarju tiegħek. Jekk tixtieq iktar informazzjoni abbażi tar-rakkomandazzjonijiet tal-CVMP, aqra d-Diskussjoni Xjentifika (parti wkoll mill-EPAR).

X’inhu Purevax RCP FeLV?

Purevax RCP FeLV huwa tilqima li fiha dawn is-sustanzi attivi:

rhinotracheitis herpesvirus tal-felini (FHV razza F2) imdgħajjef,

antiġeni calicivirosis (FCV razez 431 u G1) inattivati (maqtula),

vajrus attenwat tal-panleucopenia tal-felini (PLI IV),

vajrus tal-lewkemja tal-felini (FeLV) virus rekombinanti tal-canarypox (vCP97).

Purevax RCP FeLV huwa lyophilisate (solidu imnixxef) u solvent li jinħall f’sospensjoni għall-injezzjoni.

Għalxiex jintuża Purevax RCP FeLV?

Purevax RCP FeLV jintuża fit-tilqim ta’ qtates mill-età ta’ 8 ġimgħat u aktar kontra dawn il- mardiet:

rhinotracheitis virali felina (marda tixbah lill-influwenza kkawżata mill-herpesvirus),

calicivirosis felin (marda tixbah lill-influwenza bl-infjammazzjoni tal-ħalq ikkawżata mill-calicivirus),

panleucopenia felina (marda serja li tikkawża dijarea bid-demm ikkawżata minn parvovirus),

lewkemja felina (marda li taffettwa lis-sistema immunitarja kkawżata minn retrovajrus).

It-tilqima tgħin fit-tnaqqis tas-sintomi tal-mardiet u tgħin ukoll fit-tnaqqis ta’ l-eskrezzjoni virali fil-każ ta’ infezzjoni bil-calicivirus. Tista’ tgħin ukoll biex tipprevjeni mewta dovuta għal panleucopenia u timpedixxi milli FeLV jibqa’ fid-demm.

Wara li Purevax RCP FeLV jinħall, 1 ml minnu jiġi injettat taħt il-ġilda. L-ewwel injezzjoni għandha tingħata lill-qtates li jkollhom ta’ l-anqas tmien ġimgħat, bit-tieni injezzjoni tingħata bejn tlieta u erba’ ġimgħat wara. Jekk il-qattus ikollu livelli għoljin ta’ antikorpi li jkunu intirtu mill-omm, l-ewwel tilqima għandha titbiegħed sa ma jkollu 12-il ġimgħa. Il-qattus għandu jitlaqqam mill-ġdid għall-komponenti kollha sena wara l-ewwel kors ta’ tilqim, u

mbagħad kull sena għar-rhinotracheitis, calicivirosis u lewkemja felina u kull tliet snin għall- panleucopenia.

Kif jaħdem Purevax RCP FeLV?

Purevax RCP FeLV huwa vaċċin. Il-vaċċini jaħdmu billi ‘jgħallmu’ lis-sistema immunitarja (id-difiżi naturali tal-ġisem) kif tiddefendi ruħha kontra l-mard. Purevax RCP FeLV fih ammonti żgħar ta’ vajrusis imdgħajfa jew maqtula li jikkawżaw il-mardiet elenkati hawn fuq, kif ukoll żewġ ġeni mill-FeLV imsejjaħ env u gag, li ddaħħlu f’vajrus vector (ġarrier) ieħor imsejjaħ canarypox li juża ‘teknoloġija rekombinanti tad-DNA’. Il-vajrus tal-canarypox ma jinxteridx u lanqas ma jimmultiplika fil-qtates iżda dawn jipproduċu proteini mill-ġeni ta’ FeLV.

Meta qattus jingħata tilqima, is-sistema immunitarja tagħraf il-vajrusijiet imdgħajfa jew maqtula u l-proteini ta’ FeLV bħala ‘barranin’ u jagħmel antikorpi kontrihom. Fil-ġejjieni, is- sistema immunitarja tkun kapaċi tipproduċi l-antikorpi iktar malajr meta terġa’ tkun esposta għall-vajrusis. Meta jkun espost għal kwalunkwe mill-vajrusis iktar tard fil-ħajja, il-qattus jew ma jiġix infettat jew ikollu infezzjoni ħafna inqas serja.

Kif ġie studjat Purevax RCP FeLV?

L-effettività ta’ Purevax RCP FeLV ġiet studjata f’diversi provi fil-kundizzjonijiet tal- laboratorji fejn il-qtates tlaqqmu u ġew infettati bil-herpesvirus, calicivirus, parvovirus jew lewkemja virulenti. Fil-qasam, l-istudji ta’ Purevax RCP FeLV ħarsu lejn l-iskeda bażika tat- tilqim (żewġ injezzjonijiet b’bejn tlieta u erba’ ġimgħat bejniethom) u t-tilqima booster (injezzjoni waħda biss). Inkludew diversi razez ta’ qtates żgħażagħ u adulti, iżda mhux frieħ. Il-mezz ewlieni tal-kejl ta’ l-effettività kien il-livell ta’ antikorpi fid-demm kontra l-vajrusis u l-batterji fit-tilqima, bl-eċċezzjoni tal-komponent ta’ FeLV, li l-effettività tiegħu fil- prevenzjoni ta’ infezzjoni diġà ntweriet fi studji oħra.

Liema benefiċċji ta’ Purevax RCP FeLV intwerew f’dan l-istudju?

F’kundizzjonijiet tal-laboratorju, intwera li Purevax RCP FeLV jipprovdi protezzjoni kontra l- mardiet elenkati hawn fuq. Fl-istudju tal-qasam dwar it-tilqima bażika kien hemm żieda fl- antikorpi kontra l-infezzjonijiet mir-rhinotracheitis herpesvirus felini, tal-calicivirus u tal- panleucopenia felina. Fl-istudju li analizza t-tilqima booster, il-livelli ta’ l-antikorpi kontra l- infezzjonijiet mir-rhinotracheitis herpesvirus felini, tal-calicivirus u tal-panleucopenia felina u C. felis baqgħu stabbli jew żdiedu bi ftit.

X’inhuma r-riskji assoċjati ma’ Purevax RCP FeLV?

Xi drabi, il-qtates jiżviluppaw apatija temporanja (nuqqas ta’ interess fl-ambjent ta’ madwarhom) u anoressija (nuqqas ta’ aptit), kif ukoll ipertermja (temperatura għolja tal- ġisem) li ddum jum jew tnejn. Jista’ jkun hemm reazzjoni lokali fis-sit ta’ l-injezzjoni, b’uġigħ ħafif meta jintmess, ħakk jew nefħa, li tisparixxi fi żmien ġimgħa jew tnejn. Għal-lista sħiħa ta’ effetti sekondarji rrapportati ma’ Purevax RCP FeLV, ara l-Fuljett ta’ Tagħrif.

Purevax RCP FeLV m’għandux jintuża fi qtates tqal.

Xi prekawzjonijiet irid jieħu min jagħti l-mediċina jew min jiġi f’kuntatt ma’ l-annimal?

Jekk min jagħti l-mediċina jitniggeż biha bi żball għandu jfittex parir mediku minnufih u juri l-Fuljett ta’ Tagħrif jew it-tikketta lit-tabib.

Għaliex ġie approvat Purevax RCP FeLV?

Il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju (CVMP) ikkonkluda li l-benefiċċji ta’ Purevax RCP FeLV jisbqu r-riskji għat-tilqim attiv ta’ qtates li jkollhom iktar minn tmien ġimgħat kontra l-mardiet elenkati hawn fuq, u rrakkomanda li Purevax RCP FeLV jingħata awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq. Il-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju jista’ jinstab fil- modulu 6 ta’ dan l-EPAR.

Informazzjoni oħra dwar Purevax RCP FeLV:

Il-Kummissjoni Ewropea tat awtorizzazzjoni għat-tqegħid fuq is-suq madwar l-Unjoni Ewropea, għal Purevax RCP FeLV lil MERIAL fit-23 ta’ Frar 2005.

Dan is-sommarju ġie aġġornat l-aħħar fil-25 ta’ Jannar 2008.

Kummenti