Maltese
Agħżel il-lingwa tas-sit

Purevax RCP (attenuated feline rhinotracheitis herpesvirus...) – Fuljett ta’ tagħrif - QI06AH

Updated on site: 09-Feb-2018

Isem tal-Mediċina: Purevax RCP
ATC: QI06AH
Sustanza: attenuated feline rhinotracheitis herpesvirus (FHV F2 strain) /inactivated feline calicivirosis antigens (FCV 431 and G1 strains) / attenuated feline panleucopenia virus (PLI IV)
Manifattur: Merial
MalteseMaltese
Ibdel il-lingwa

FULJETT TA’ TAGĦRIF FIL-PAKKETT

Purevax RCP lijofiliżat u solvent għal suspensjoni għall-injezzjoni.

1. L-ISEM

U L-INDIRIZZ TAS-SID TAL-AWTORIZZAZZJONI TAL-KUMMERĊ, U L- ISEM U L-INDIRIZZ TAS-SID TAL-AWTORIZZAZZJONI TAL-MANIFATTURA RESPONSABBLI LI JĦALLI L-KONSENJA TMUR FIS-SUQ, JEKK DIFFERENTI

Sid l-Awtorizzazzjoni tal-Kummerċ MERIAL

29, avenue Tony Garnier 69007 Lyon

FRANCE

Manifattur responsabbli għall-ħrug tal-lott: MERIAL

Laboratoire Porte des Alpes Rue de l’Aviation

69800 Saint Priest FRANCE

2.ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU

Purevax RCP lijofiliżat u solvent għal suspensjoni għall-injezzjoni

3.DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I) U INGREDJENT(I) OĦRA

Għal kull doża ta’ ml:

 

Lijofiliżat:

≥ 104.9 CCID501

Herpesvajrus attenwat tar-rinotrakeite fil-qtates (FHV strejn F2)...................................

kalċivirus inattivat fil-qtates (strejn FCV 431 u G1) antiġeni ........................................

≥ 2.0 ELISA U.

Vajrus attenwat tal-panlewkopenja fil-qtates (PLI IV). ...................................................

≥ 103.5 CCID501

Solvent:

 

Ilma għal injezzjoni........................................................................................................................

q.s. ml

1: doża infettiva tas-cell culture 50%

 

4.

INDIKAZZJONI (JIET)

 

Immunizzazzjoni attiva tal-qtates ta’ 8 ġimgħat u akbar:

-kontra r-rinotrakeite virali fil-qtates biex tnaqqas sinjali kliniċi,

-kontra l-infezzjoni tal-kalċivirus biex tnaqqas sinjali kliniċi

-kontra l-panlewkopenja fil-qtates biex tipprevjeni l-mortalità u sinjali kliniċi

Ġie muri li l-bidu tal-immunità jseħħ ġimgħa wara l-ewwel kors ta’ vaċċinazzjoni għall-komponenti tar-rinotrakeite, kaliċivirus u panlewkopenja.

L-immunità wara l-aħħar tilqima tibqa 3 snin għall-komponenti tar-rinotrakeite, kaliċivirosi, u panlewkopenja.

5.KONTRAINDIKAZZJONIJIET

Tużax f’annimali li huma tqal.

L-użu tiegħu mhux rakkomandat fi żmien il-ħalib.

6.EFFETTI MHUX MIXTIEQA

F’kundizzjonijiet normali tal-użu, jista’ jkun hemm apatija li tgħaddi u anoreksja, u wkoll żieda fit- temperatura tal-ġisem (li ddum normalment għal ġurnata jew tnejn). Jista’ jkun hemm reazzjoni lokali (uġigħ meta l-qattus jiġi eżaminat, ħakk u edema limitata) li tmur fi żmien ġimgħa jew ġimagħtejn l-iżjed.

F’ċirkostanzi eċċezzjonali, jista’ jkun hemm reazzjoni ta’ ipersensitività , li tista’ tirrikjedi kura sintomatika xierqa.

Jekk tinnota xi effetti serji jew effetti oħra mhux imsemmija f’dan il-fuljett, jekk jogħġbok informa lit-tabib veterinarju tiegħek.

7.SPEĊI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT

Qtates.

8.DOŻA GĦAL KULL SPEĊI, MOD(I) U METODU TA’ AMMINISTRAZZJONI

Injetta taħt il-ġilda doża (ml) ta’ vaċċin wara li jiġi rikostitwit il-lijofiliżat mas-solvent, skont din l- iskema ta’ vaċċinazzjoni li ġejja:

L-ewwel kors ta’ vaċċinazzjoni :

-l-ewwel injezzjoni: minn età ta’ 8 ġimgħat,

-it-tieni injezzjoni: 3 sa’ 4 ġimgħat wara.

Fejn livelli għolja ta’ antikorpi materni kontra l-komponenti tar-rinotrakeite, kaliċivirosi, jew panlewkopenja huma mistennija li jkunu preżenti (per eżempju fi frieħ ta’ bejn 9 u 12-il ġimgħa mwielda minn nisa li kienu mlaqqma qabel it-tqala u/jew kellhom espożizzjoni preċedenti magħrufa jew issuspettata għall-patoġenu/patoġeni), l-ewwel kors ta’ tilqima għandu jiġi rimandat sal-età ta’ 12- il ġimgħa

Ripetizzjoni tal- vaċċinazzjoni :

-l-ewwel tilqima għandha tingħata sena wara l-ewwel kors ta’ vaċċinazzjoni

-tilqim sussegwenti għandhom jingħataw f’intervalli sa tliet snin għall-komponenti tar- rinotrakeite, tal-kaliċivirosi u tal-panlewkopenja.

9.PARIR SABIEX TAMMINISTRA B’MOD KORRETT

Uża immedjatament wara r-rikostituzzjoni.

10.PERJODU TA’ TIŻMIM

Mhux applikabbli

11.PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA

Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx u mit-tfal. Aħżen u ttrasporta ġo friġġ (2 °C – 8 °C) Ipproteġi mid-dawl.

Tiffriżax.

12.TWISSIJIET SPEĊJALI

Prekawzjonijiet speċjali għall-użu fl-annimali:

Uża f’annimali f’saħħithom biss.

Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu mill-persuna li tamministra l-prodott mediċinali veterinarju lill-annimali:

F’każ li tinjetta lilek innifsek bi żball, fittex parir mediku mal-ewwel u qis li turi l-fuljett ta’ informazzjoni li jkun ġewwa l-pakkett jew it-tikketta lit-tabib.

Tqala u treddigħ:

Tużax f’annimali li huma tqal.

L-użu tiegħu mhux rakkomandat fi żmien il-ħalib.

Interazzjoni ma’ prodotti mediċinal oħrajn u forom oħrajn ta’ interazzjoni:

Hemm informazzjoni dwar is-sigurtà u l-effikaċja li turi li dan il-vaċċin jista’ jitħallat u jiġi amministrat mal-vaċċin tal-Merial mingħajr aġġuvant kontra l-lewkemja fil-qtates u/jew amministrat fl-istess ġurnata iżda mhux jitħallat mal-vaċċin bl-aġġuvant tal-Merial kontra r-rabbja.

Doża eċċessiva (sintomi, proċeduri ta’ emerġenza, antidoti):

L-ebda effett ħlief dawk diġà msemmija fit-taqsima “Effetti mhux mixtieqa” ma ġew osservati wara li ngħataw bosta dożi, ħlief żieda fit-temperatura tal-ġisem li tista’, f’każi eċċezzjonali, iddum għal 5 ijiem.

Inkompatibilitajiet:

Tħallatx mal-vaċċin tal-Merial li fih aġġuvant kontra r-rabbja.

13. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR RIMI TA’ PRODOTT MHUX UŻAT JEW MATERJAL IEĦOR

GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ

Staqsi lill-kirurgu veterinarju tiegħek dwar kif l-aħjar li tarmi l-mediċini li ma jkunux aktar meħtieġa. Dawn il-miżuri għandhom jgħinu sabiex jipproteġu l-ambjent.

14. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT INFORMATTIV FIL- PAKKETT

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott tinstab fuq il-websajt tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (http://www.ema.europa.eu/).

15.TAGĦRIF IEĦOR

Pakkett li għandu 10 fliexken ta’ doża ta’ lijofiliżat u 10 fliexken ta’ ml ta’ solvent Pakkett li għandu 50 flixkun ta’ doża ta’ lijofiliżat u 50 flixkun ta’ ml ta’ solvent

Mhux id-daqsijiet kollha tal-pakkett jistgħu qegħdin fis-suq.

Ġie muri li l-prodott jnaqqas l-eskrezzjoni tal-kaliċivirosi fil-qtates appena tibda l-immunità u għal sena wara l-vaċċinazzjoni.

Sabiex jiġu mogħtija biss bi preskrizzjoni veterinarja.

Kummenti