Maltese
Agħżel il-lingwa tas-sit

Purevax RCPCh (attenuated feline rhinotracheitis herpesvirus...) - QI06AX

Updated on site: 09-Feb-2018

Isem tal-Mediċina: Purevax RCPCh
ATC: QI06AX
Sustanza: attenuated feline rhinotracheitis herpesvirus (FHV F2 strain) /inactivated feline calicivirosis antigens (FCV 431 and G1 strains) /attenuated Chlamydophila felis (905 strain) /attenuated feline panleucopenia virus (PLI IV)
Manifattur: Merial

PUREVAX RCPCH

Sommarju ta’ l-EPAR għall-pubbliku

Dan id-dokument huwa sommarju tar-Rapport ta’ Valutazzjoni Pubblika Ewropew. L-għan tiegħu huwa li jispjega kif il-valutazzjoni magħmula mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għal Użu Veterinarju (CVMP) abbażi tad-dokumentazzjoni pprovduta, wasslet għar-rakkomandazzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet ta’ l-użu. Dan id-dokument ma jistax jieħu post diskussjoni wiċċ imb’wiċċ mal-veterinarju tiegħek. Jekk teħtieġ iktar informazzjoni dwar il-kundizzjoni medika jew dwar it- trattament ta’ l-annimal tiegħek, ikkuntattja lill-veterinarju tiegħek. Jekk tixtieq iktar informazzjoni abbażi tar-rakkomandazzjonijiet tal-CVMP, aqra d-Diskussjoni Xjentifika (parti wkoll mill-EPAR).

X’inhu Purevax RCPCh?

Purevax RCPCh huwa tilqima li fiha dawn is-sustanzi attivi:

herpesvirus imdgħajjef tar-rinotrakeite (rhinotracheitis) tal-felini (FHV razza F2),

antiġeni inattivati (maqtula) tal-kaliċivirosi (FCV razez 431 u G1),

Chlamydophila felis (razza 905) imdgħajjef,

vajrus imdgħajjef tal-panlewkopenja (panleucopenia) tal-felini (PLI IV),

Purevax RCPCh huwa lijofilizzat (lyophilisate) (solidu imnixxef) u solvent li jinħall f’sospensjoni għall-injezzjoni.

Għalxiex jintuża Purevax RCPCh?

Purevax RCPCh jintuża fit-tilqim ta’ qtates mill-età ta’ 8 ġimgħat u aktar kontra dawn il- mardiet:

rinotrakeite virali felina (marda tixbah lill-influwenza kkawżata mill-herpesvirus),

kaliċivirosi felin (marda tixbah lill-influwenza bl-infjammazzjoni tal-ħalq ikkawżata minn kaliċivajrus,

klamidjosi (chlamydiosis) (marda tixbah lill-influwenza kkawżata mill-batterju C. felis),

panlewkopenja felina (marda serja li tikkawża dijarrea bid-demm ikkawżata minn parvovajrus.

It-tilqima tgħin fit-tnaqqis tas-sintomi tal-mardiet. Tgħin ukoll fit-tnaqqis ta’ l-eskrezzjoni virali fil-każ ta’ infezzjoni bil-kaliċivajrus. Tista’ tgħin ukoll biex tipprevjeni mewta dovuta għal panlewkopenja.

Wara li Purevax RCPCh jinħall, 1 ml minnu jiġi injettat taħt il-ġilda. L-ewwel injezzjoni għandha tingħata lill-qtates li jkollhom ta’ l-anqas tmien ġimgħat, bit-tieni injezzjoni tingħata bejn tlieta u erba’ ġimgħat wara. Jekk il-qattus ikollu livelli għoljin ta’ antikorpi li jkunu intirtu mill-omm, l-ewwel tilqima għandha titbiegħed sa ma jkollu 12-il ġimgħa. Il-qattus għandu jitlaqqam mill-ġdid għall-komponenti kollha sena wara l-ewwel kors ta’ tilqim, u mbagħad kull sena għar-rinotrakeite, kaliċivirosi u klamidjosi u kull tliet snin għall- panlewkopenja.

Kif jaħdem Purevax RCPCh?

Purevax RCPCh huwa vaċċin. Il-vaċċini jaħdmu billi ‘jgħallmu’ lis-sistema immunitarja (id- difiżi naturali tal-ġisem) kif tiddefendi ruħha kontra l-mard. Purevax RCPCh fih ammonti żgħar ta’ vajrusijiet imdgħajfa jew maqtula li jikkawżaw il-mardiet elenkati hawn fuq.

Meta qattus jingħata tilqima, is-sistema immunitarja tagħraf il-vajrusijiet imdgħajfa jew maqtula u l-batterji mdgħajfa bħala ‘barranin’ u jagħmel antikorpi kontrihom. Fil-ġejjieni, is- sistema immunitarja tkun kapaċi tipproduċi l-antikorpi iktar malajr meta jerġa’ jkun espost għall-vajrusijiet jew batterji. Meta jkun espost għal kwalunkwe mill-vajrusijiet iktar tard fil- ħajja, il-qattus jew ma jiġix infettat jew ikollu infezzjoni ħafna inqas serja.

Kif ġie studjat Purevax RCPCh?

L-effikaċja ta’ Purevax RCPCh ġiet studjata f’diversi provi fil-kundizzjonijiet tal-laboratorji fejn il-qtates tlaqqmu u ġew infettati bil-herpesvirus, kaliċivajrus, C. Felis jew parvovajrus virulenti. L-istudji fuq il-post ta’ Purevax RCPCh ħarsu lejn l-iskeda bażika tat-tilqim (żewġ injezzjonijiet b’bejn tlieta u erba’ ġimgħat bejniethom) u t-tilqima booster (injezzjoni waħda biss). Ġew inklużi diversi razez ta’ qtates żgħażagħ u adulti, iżda mhux frieħ. Il-mezz ewlieni tal-kejl ta’ l-effikaċja kien il-livell ta’ antikorpi fid-demm kontra l-vajrusijiet u l-batterji fit- tilqima.

Liema benefiċċji ta’ Purevax RCPCh intwerew f’dan l-istudju?

F’kundizzjonijiet tal-laboratorju, intwera li Purevax RCPCh jipprovdi protezzjoni kontra l- mardiet elenkati hawn fuq. Fl-istudju dwar it-tilqima bażika kien hemm żieda fl-antikorpi kontra l-infezzjonijiet mill-herpesvirus rinotrakeite felina, mill-infezzjoni bil-kaliċivajrus u tal-panlewkopenja felina. Ma kienx possibbli li tiġi osservata żieda fl-antikorpi kontra C. felis minħabba livelli għoljin ta’ antikorpi fil-qtates fil-bidu ta’ l-istudju. Fl-istudju li analizza t- tilqima booster, il-livelli ta’ l-antikorpi kontra l-infezzjonijiet mill-herpesvirus rinotrakeite, tal-kaliċivajrus u tal-panlewkopenja felina u C. felis baqgħu stabbli jew żdiedu bi ftit.

X’inhuma r-riskji assoċjati ma’ Purevax RCPCh?

Xi drabi, il-qtates jiżviluppaw apatija temporanja (nuqqas ta’ interess fl-ambjent ta’ madwarhom) u anoressija (nuqqas ta’ aptit), kif ukoll ipertermja (temperatura għolja tal- ġisem) li ddum jum jew tnejn. Jista’ jkun hemm reazzjoni lokali fis-sit ta’ l-injezzjoni, b’uġigħ ħafif meta jintmess, ħakk jew nefħa, li tisparixxi fi żmien ġimgħa jew tnejn. Għal-lista sħiħa ta’ effetti sekondarji rrapportati ma’ Purevax RCPCh, ara l-Fuljett ta’ Tagħrif.

Purevax RCPCh m’għandux jintuża fi qtates tqal

Xi prekawzjonijiet irid jieħu min jagħti l-mediċina jew min jiġi f’kuntatt ma’ l-annimal?

Jekk min jagħti l-mediċina jitniggeż biha bi żball għandu jitlob parir mediku immedjatament u juri l-Fuljett ta’ Tagħrif jew it-tikketta lit-tabib. It-tilqima ma għandhiex tintmiss minn persuni li għandhom sistema immunitarja dgħajfa. Jekk xi persuna minn dawn imsemmija hawn fuq tinjetta lilha nfisha, din għandha tgħid lit-tabib li l-persuna ġiet injettata b’tilqima li kien fiha kompenent ħaj ta’ chlamydial..

Għaliex ġie approvat Purevax RCPCh?

Il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju (CVMP) ikkonkluda li l-benefiċċji ta’ Purevax RCPCh jisbqu r-riskji għat-tilqim attiv ta’ qtates li jkollhom iktar minn tmien ġimgħat kontra l-mardiet elenkati hawn fuq, u rrakkomanda li Purevax RCPCh jingħata awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq. Il-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju jista’ jinstab fil- modulu 6 ta’ dan l-EPAR.

Informazzjoni oħra dwar Purevax RCPCh:

Il-Kummissjoni Ewropea tat awtorizzazzjoni għat-tqegħid fuq is-suq madwar l-Unjoni Ewropea, għal Purevax RCPCh lil MERIAL fit-23 ta’ Frar 2005

Dan is-sommarju ġie aġġornat l-aħħar fil-25 ta’ Jannar 2008.

Kummenti