Quadrisol (vedaprofen) - QM01AE90

Quadrisol

vedaprofen

Għal informazzjoni prattika dwar l-użu ta’ Quadrisol, is-sidien tal-annimali jew dawk li jieħdu ħsiebhom għandhom jaqraw il-fuljett ta’ tagħrif jew jikkuntattjaw lill-veterinarju jew lill-ispiżjar tagħhom.

X’inhu Quadrisol u għal xiex jintuża?

Quadrisol huwa mediċina veterinarja li jintuża fiż-żwiemel biex itaffi l-uġigħ u jnaqqas l-infjammazzjoni permezz ta' korriment fil-muskoli, l-għadam u l-ġogi kif ukoll f'żoni oħra mhux mgħaddma tal-ġisem (imsejħa leżjonijiet ta' tessut artab). Quadrisol jista' jintuża wkoll biex itaffi l-uġigħ u jnaqqas l-infjammazzjoni wara operazzjoni. Fih is-sustanza attiva vedaprofen.

Kif jintuża Quadrisol?

Quadrisol, jiġi bħala ġell orali (tal-ħalq), jingħata darbtejn kuljum qabel l-għalf għal massimu ta' ġimagħtejn. Meta jintuża qabel operazzjoni jingħata tal-inqas 3 siegħat qabel l-operazzjoni u l-kura tista' titkompla għal ġimgħa. L-ammont ta' ġell li jingħata f'kull doża jiġi aġġustat skont il-piż tal-annimal.

Il-mediċina tista’ tinkiseb biss b’riċetta ta’ tabib.

Kif jaħdem Quadrisol?

Quadrisol fih vedaprofen, li jappartjeni għall-klassi ta’ mediċini msejħin mediċini antinfjammatorji nonsterojdali (NSAIDs). Vedaprofen jimblokka enzima msejħa ċikloksiġenażi, li hija involuta fil-produzzjoni tal-prostaglandini. Minħabba li l-prostaglandini huma sustanzi li jistgħu jqanqlu infjammazzjoni, l-uġigħ, u d-deni, vedaprofen inaqqas dawn is-sinjali ta’ korriment.

X’inhuma l-benefiċċji ta’ Quadrisol li ħarġu mill-istudji?

Quadrisol ġie studjat kemm fil-laboratorju kif ukoll fuq il-post. Dan inkluda studji f'għadd kbir ta' żwiemel bi problemi fl-għadam, fil-muskoli u bi problemi oħra fit-tessut artab fil-ġogi. Il-ġell orali

Quadrisol tejjeb korrimenti ta' zappip u tat-tessut artab fiż-żwiemel u r-rispons għall-kura bi Quadrisol kien simili għar-rispons ta' fluniksin meglumin jew fenilbutazon, li huma NSAIDs oħra li jintużaw biex jikkuraw dawn il-kundizzjonijiet.

X’inhuma r-riskji assoċjati ma’ Quadrisol?

L-effetti sekondarji ta' Quadrisol huma tipiċi għal dawk li dehru f'mediċini oħra minn din il-klassi ta' prodotti (NSAIDs) bħal-letarġija jew ħsara (leżjonijiet) fil-ħalq, fl-istonku, fl-intestini (inkluż ippurgar artab u dijarea) u fil-kliewi. Fiż-żwiemel, kien irrapportat raxx fil-ġilda (urtikarja). L-effetti sekondarji huma ġeneralment riversibbli ladarba titwaqqaf il-mediċina.

Quadrisol m'għandux jingħata lil żwiemel b'disturbi fl-istonku u l-musrana jew lil żwiemel bi tnaqqis fil-funzjoni tal-qalb, tal-fwied jew tal-kilwa. M'għandux jingħata lill-moħor li għandhom inqas minn sitt xhur jew lil dwieb li jipproduċu l-ħalib.

Għal-lista sħiħa ta’ restrizzjonijiet, ara l-fuljett ta’ tagħrif.

F’każ ta’ awtoinjezzjoni aċċidentali, wieħed għandu jfittex parir mediku immedjatament u għandu juri l-fuljett ta’ tagħrif jew it-tikketta lit-tabib.

Il-perjodu tatiżmim huwa ż-żmien li jrid jgħaddi wara l-għoti tal-mediċina qabel ma l-annimal ikun jistajinqatel u l-laħam tiegħu jintuża għall-konsum mill-bniedem. Huwa wkoll iż-żmien meħtieġ wara l-għoti tal-mediċina qabel ma l-ħalib ikun jista’ jintuża għall-konsum mill-bniedem.

Il-perjodu ta’ tiżmim għal-laħam minn żwiemel ikkurati bi Quadrisol huwa ta' 12-il jum. Il-mediċina mhijiex awtorizzata biex tintuża fi żwiemel li jipproduċu l-ħalib għall-konsum mill-bniedem.

Għal xiex ġiet approvat Quadrisol?

Il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju (CVMP) tal-Aġenzija kkonkluda li l-benefiċċji ta' Quadrisol huma akbar mir-riskji tiegħu u rrakkomanda li jkun approvat għall-użu fl-UE.

Informazzjoni oħra dwar Quadrisol:

Il-Kummissjoni Ewropea tat awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għal Quadrisol valida fl-UE fl-4 ta' Diċembru 1997.

L-EPAR sħiħ għal Quadrisol jinstab fis-sit elettroniku tal-Aġenzija: ema.europa.eu/Find medicine/Veterinary medicines/European public assessment reports. Għal aktar informazzjoni dwar il-kura bi Quadrisol, is-sidien tal-annimali jew dawk li jieħdu ħsiebhom għandhom jaqraw il-fuljett ta' tagħrif jew għandhom jikkuntattjaw lill-veterinarju jew lill-ispiżjar tagħhom.

Kummenti