Rabigen SAG2 (live attenuated rabies virus, SAG2 strain) – Tikkettar - QI07AA02

TIKKETTAR GĦAL KAXXA LI

FIHA 200 UNIT

1.ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU

Rabigen SAG2 suspensjoni tittieħed mill-ħalq, għall-volpijiet ħomor u klieb raccoon.

2.DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA ATTIVA U SUSTANZI OĦRA

Sustanza attiva:

 

Virus inattivat tar-rabbja, tar-razza SAG2

8 log10 - CCID50*/doża

* CCID50: Doża Infettiva tal-Kulturi taċ-Ċelloli 50%

Eċipjenti:

Sustanza (lixka) appetittuża li hija magħmula minn biomarkatur ta’ tetraċiklina

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Suspensjoni li ttieħed mill-ħalq.

4.DAQS TAL-PAKKETT

Kaxxa li fija 200 (4 x 50) lixka ta’ tilqim.

5.SPEĊI GĦAL XIEX HUWA INDIKAT IL-PRODOTT

Volpijiet ħomor (Vulpes vulpes) u klieb raccoon (Nyctereutes procyonoides) .

6.INDIKAZZJONI(JIET)

L-immunizzazzjoni attiva tal-volpijiet ħomor u klieb raccoon sabiex tilqa’ għal infezzjoni bil-virus tar-rabbja.

Il-protezzjoni ddum minn tal-inqas sitt xhur.

7.METODU U MOD(I) TA' AMMINISTRAZZJONI

Il-lixka hija mqassma fuq l-art jew mill-ajru skont il-qafas tar-regolamenti ta’ kampanji ta’ vaċċinazzjoni kontra r-rabbja. Huma maħsuba sabiex jittieklu mill-volpijiet u klieb raccoon. L- ammont ta’ lixka waħda huwa biżżejjed sabiex jiżgura protezzjoni lill-volpi kontra r-rabbja.

Ir-rata tat-tqassim tiddependi mit-topografija u mill-popolazzjoni tal-volpijiet tal-ispeċi li għalihom hu indikat il-prodott.

Din ir-rata minima ta’ tqassim hija:

-13-il lixka għal kull km kwadru fiż-żoni fejn l-indiċi tad-densità tal-volpijiet / klieb raccoon kienu daqs jew inqas minn 3 volpijiet / klieb raccoon li dehru għal kull 10 km.

-20 lixka għal kull km kwadru fiż-żoni fejn l-indiċi tad-densità tal-volpijiet / klieb raccoon

kienu iktar minn 3 volpijiet / klieb raccoon li dehru għal kull 10 km.. Aqra l-fuljett ta’ tagħrif qabel l-użu.

8.TWISSIJIET SPEĊJALI OĦRA, JEKK MEĦTIEĠ

Huwa rakkomandat ilbies ta’ ingwanti tal-lastku.

Dawk li jimmaniġġjaw u jqassmu din it-tilqima għandhom jiġu mlaqqma kontra r-rabbja.

Dawk l-individwi li huma immunokompromessi/imunodipressi m’għandhomx jimmaniġġjaw dan il- vaċċin. F’każ ta’ esposizzjoni umana għas-sustanza attiva tal-vaċċin, għandu jtittieħed parir mediku immedjatament u jintwera il-fuljett informattiv jew it-tikketta lit-tabib.

L-ebda effetti mhux mixtieqa ma ġew irrapportati fl-ispeċi fil-mira.

Peress li l-preżentazzjoni ta’ din it-tilqima fiha traċċi ta’ ġentamiċina u fiha tetraċiklina bħala bijoindikatur, jista’ jkun li kultant jistgħu jiġu osservati xi reazzjonijiet ta’ allerġija f’annimali domestiċi li jistgħu jkunu belgħu l-lixka b’mod inċidentali.

Ġie rrappurtat rimettar minħabba intolleranza gastrika (potenzjalment minħabba l-pakkett aluminju/PVC bħala parti mill-vaċċin tal-lixka), fi klieb li jkunu belgħu aċċidentalment il-lixka.

9.DATA TA' SKADENZA

Jiskadi {xahar / sena}

10.KONDIZZJONIJIET SPEĊJALI DWAR KIF GĦANDU JINĦAŻEN

Aħżen fil-friża f’temperatura ta’ bejn -40°Ċ sa -20°Ċ.

Ipproteġi mid-dawl. Żomm il-kaxxi magħluqa sew.

11. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR

IR-RIMI TA' PRODOTTI MHUX UŻATI JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ

Armi l-materjal ħażin u lixki mhux imqiegħda fl-aħħar tal-ġurnata tat-tqassim billi tgħalli fil-misħun, taħraq jew tgħarraq ġo disinfettant adattat approvat mill-Awtoritajiet Kompetenti tal-pajjiż.

12. IL-KLIEM

“GĦAT-TRATTAMENT TAL-ANNIMALI BISS” U KONDIZZJONIJIET JEW RESTRIZZJONIJIET DWAR IL-PROVISTA U L-UŻU, jekk applikabbli

Għal Trattament tal-Annimali Biss.

Għandu jingħata biss bi preskrizzjoni medika.

Ristrett għal awtoritajiet amministrattivi kompetenti li huma magħżula apposta.

13.IL-KLIEM “ŻOMM FEJN MA JINTLAĦAQX U MA JIDHIRX MIT-TFAL”

Żomm fejn ma jintlaħaqx u ma jidhirx mit-tfal.

14. L-ISEM U L-INDIRIZZ TAS-SID TAL-AWTORIZZAZZJONI TAL-KUMMERĊ

VIRBAC S.A.

1ère Avenue 2065m L.I.D. 06516 Carros - Franza

15.NUMRU/I TAL-AWTORIZZAZZJONI TAL-KUMMERĊ

EU/2/00/021/001

16.NUMRU TAL-LOTT TAL-MANIFATTUR

Lott {numru}

TIKKETTAR GĦAL KAXXA LI

FIHA 400 UNIT

1. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU

Rabigen SAG2 suspensjoni tittieħed mill-ħalq, għall-volpijiet ħomor u klieb raccoon.

2. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA ATTIVA U SUSTANZI OĦRA

Sustanza Attiva:

8 log10 - CCID50*/doża

Virus inattivat tar-rabbja, tar-razza SAG2

* CCID50: Doża Infettiva tal-Kulturi taċ-Ċelloli 50%

Eċċipjenti:

Sustanza (lixka) appetittuża li fiha bijomarkatur ta’ tetraċiklina

3. GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Suspensjoni tittieħed mill-ħalq.

4. DAQS TAL-PAKKETT

Kaxxa li fiha 400 (2 x 200) lixka tal-vaċċin.

5. SPEĊI GĦAL XIEX HUWA INDIKAT IL-PRODOTT

Volpijiet ħomor (Vulpes vulpes) u klieb raccoon (Nyctereutes procyonoides).

6. INDIKAZZJONI(JIET)

Immunizzazzjoni attiva tal-volpijiet ħomor u klieb raccoon sabiex tilqa’ għal infezzjoni bil-virus tar- rabbja.

Il-protezzjoni ddum minn tal-inqas sitt xhur.

7. METODU U MOD(I) TA' AMMINISTRAZZJONI

Il-lixka hija mqassma fl-art jew bl-ajru skont ir-regolamenti ta’ kampanji ta’ tilqim kontra r-rabbja.

Hija maħsuba sabiex jittieklu mill-volpijiet / klieb raccoon. L-ammont ta’ lixka waħda huwa biżżejjed sabiex jiżgura protezzjoni lill-volpi kontra r-rabbja.

Ir-rata tat-tqassim tiddependi mit-topografija u mill-popolazzjoni tal-ispeċi li għaliha hu indikat il- prodott

Din ir-rata minima ta’ tqassim hija:

-13-il lixka għal kull km kwadru fiż-żoni fejn l-indiċi tad-densità tal-volpijiet / kelb raccoon kienu daqs jew inqas minn 3 volpijiet / klieb raccoon li dehru għal kull 10 km.

-20 lixka għal kull km kwadru fiż-żoni fejn l-indiċi tad-densità tal-volpijiet / kelb raccoon kienu

iktar minn 3 volpijiet / klieb raccoon li dehru għal kull 10 km.

Aqra l-fuljett tat-tagħrif qabel ma tuża.

8. TWISSIJIET SPEĊJALI OĦRA, JEKK MEĦTIEĠ

Huwa rakkomandat l-ilbies ta’ ingwanti tal-lastku.

Dawk li jimmaniġġjaw u jqassmu dan il-vaċċin għandhom jiġu mlaqqma kontra r-rabbja.

Dawk l-individwi li huma immunokompromessi/imunodipressi m’għandhomx jimmaniġġjaw dan il- vaċċin. F’każ ta’ esposizzjoni umana għas-sustanza attiva tal-vaċċin, fittex parir mediku mal-ewwel u uri l-fuljett ta’ tagħrif jew it-tikketta lit-tabib.

L-ebda effetti mhux mixtieqa ma ġew irrapportati fl-ispeċi fil-mira.

Peress li l-preżentazzjoni ta’ dan il-vaċċin fih traċċi ta’ ġentamiċin u fiha tetraċiklina bħala bijoindikatur, kultant jistgħu jiġu osservati xi reazzjonijiet ta’ ipersensitività f’annimali domestiċi li inċidentalment ikunu belgħu il-lixka.

Ġie rrappurtat rimettar minħabba intolleranza gastrika (potenzjalment minħabba l-pakkett aluminju/PVC bħala parti mill-vaċċin tal-lixka), fi klieb li jkunu belgħu aċċidentalment il-lixka.

9. DATA TA' SKADENZA

Jiskadi {xahar / sena}

10. KONDIZZJONIJIET SPEĊJALI DWAR KIF GĦANDU JINĦAŻEN

Aħżen fil-friża f’temperatura ta’ bejn -40°Ċ sa -20°Ċ.

Ipproteġi mid-dawl. ¯omm il-kaxxi magħluqa sew.

11. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR IR-RIMI TA' PRODOTTI MHUX UŻATI JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ

Armi l-materjal ħażin u lixki mhux imqiegħda fl-aħħar tal-ġurnata tat-tqassim billi tgħalli fil-misħun, taħraq jew tgħarraq ġo disinfettant adattat approvat mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż.

12. IL-KLIEM

“GĦAL TRATTAMENT TAL-ANNIMALI BISS” U KONDIZZJONIJIET JEW RESTRIZZJONIJIET DWAR IL-PROVISTA U L-UŻU, jekk applikabbli

Għal Trattament tal-Annimali Biss.

Għandu jingħata biss bi preskrizzjoni medika.

Ristrett għal awtoritajiet amministrattivi kompetenti li huma magħżula apposta.

13. IL-KLIEM “ŻOMM FEJN MA JINTLAĦAQX U MA JIDHIRX MIT-TFAL”

Żomm fejn ma jintlaħaqx u ma jidhirx mit-tfal.

14. L-ISEM U L-INDIRIZZ TAS-SID TAL-AWTORIZZAZZJONI TAL-KUMMERĊ

VIRBAC S.A.

1ère Avenue 2065m L.I.D. 06516 Carros - Franza

15. NUMRU/I TAL-AWTORIZZAZZJONI TAL-KUMMERĊ

EU/2/00/021/001

16. NUMRU TAL-LOTT TAL-MANIFATTUR

Lott {numru}

QRATAS

1. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU

Rabigen SAG2 suspensjoni tittieħed mill-ħalq għal volpijiet ħomor u klieb raccoon.

2.NUMRU TAL-LOTT

Lott{numru}

3.DATA TA' SKADENZA

Jiskadi {xahar/sena}

4.IL-KLIEM “GĦAL TRATTAMENT TAL-ANNIMALI BISS”

Għal Trattament tal-Annimali Biss.

VAĊĊIN TAR-RABBJA - TMISSUX

Numru tat-telefon informattiv: + 33 4 92 08 73 04

LIXKI

1. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU

Rabigen SAG2 suspensjoni tittieħed mill-ħalq, għall volpijiet ħomor u klieb raccoon.

2.ISEM TAS-SID TAL-AWTORIZZAZZJONI TAL-KUMMERĊ

VIRBAC S.A.

1ère Avenue 2065 M L.I.D

06516 Carros

Franza

3.DATA TA' META JISKADI

JISKADI {Xahar/sena}

4.NUMRU TAL-LOTT

Lott {numru}

5.IL-KLIEM “GĦAL TRATTAMENT TAL-ANNIMALI BISS”

Għat-trattament tal-annimali biss.

VAĊĊIN TAR-RABBJA - TMISSUX

Numru tat-telefon informattiv: + 33 4 92 08 73 04

Kummenti