Stronghold (selamectin) – Fuljett ta’ tagħrif - QP54AA05

FULJETT TA’ TAGĦRIF GĦAL:

Stronghold Soluzzjoni għal użu topikali

1L-ISEM U L-INDIRIZZ TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT- TQEGĦID FIS-SUQ U TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦALL- MANIFATTURA RESPONSABBLI GĦALL-ĦRUĠ TAL-LOTT, JEKK DIFFERENTI

Detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq u manifattur responsabbli għall-ħruġ tal-lott:

Zoetis Belgium SA

Rue Laid Burniat 1

1348 Louvain-la-Neuve

IL-BELĠJU

2.ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU

Stronghold 15 mg soluzzjoni għal użu topikali għall-qtates u l-klieb < 2.5 kg. Stronghold 30 mg soluzzjoni għal użu topikali għall-klieb 2.6-5.0 kg Stronghold 45 mg soluzzjoni għal użu topikali għall-qtates 2.6-7.5 kg Stronghold 60 mg soluzzjoni għal użu topikali għall-klieb 5.1-10.0 kg Stronghold 60 mg soluzzjoni għal użu topikali għall-qtates 7.6-10.0 kg Stronghold 120 mg soluzzjoni għal użu topikali għall-klieb 10.1-20.0 kg Stronghold 240 mg soluzzjoni għal użu topikali għall-klieb 20.1-40.0 kg Stronghold 360 mg soluzzjoni għal użu topikali għall-klieb 40.1-60.0 kg

Selamektin

3 DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I) U INGREDJENT(I) OĦRA

Kull doża waħda (pipetta) tagħti:

 

Stronghold 15 mg għall-klieb u l-qtates

soluzzjoni 6% w/v

Stronghold 30 mg għall-klieb

soluzzjoni 12% w/v

Stronghold 45 mg għall-qtates

soluzzjoni 6% w/v

Stronghold 60 mg għall-qtates

soluzzjoni 6% w/v

Stronghold 60 mg għall-klieb

soluzzjoni 12% w/v

Stronghold 120 mg għall-klieb

soluzzjoni 12% w/v

Stronghold 240 mg għall-klieb

soluzzjoni 12% w/v

Stronghold 360 mg għall-klieb

soluzzjoni 12% w/v

Ingredjenti Oħra

Butylated hydroxytoluene0.08%

Soluzzjoni minn bla kulur sa safranija

Selamektin

15 mg

Selamektin

30 mg

Selamektin

45 mg

Selamektin

60 mg

Selamektin

60 mg

Selamektin

120 mg

Selamektin

240 mg

Selamektin

360 mg

4 INDIKAZZJONI (JIET)

Qtates u klieb:

Kura u prevenzjoni minn infestazzjonijiet tal-briegħed ikkawżat mill-ispeċi Ctenocephalides sa xahar wara li tingħata doża waħda. Dan jiġri billi l-prodott joqtol kemm il-bergħud kif ukoll il- larva u l-bajd tiegħu. Il-prodott joqtol il-bajd sa tliet ġimgħat wara li jingħata. Bi tnaqqis fil- popolazzjoni tal-briegħed, trattament kull xahar ta’ annimali tqal u li qed irreddgħu jgħin ukoll

biex ihħares il-btan sa seba’ ġimgħat minn infestazzjonijiet tal-briegħed. Il-prodott jista’ jintuża bħala parti minn programm ta’ kura tad-dermatite kkawżata minn allerġija għall-briegħed u billi joqtol il-bajd u l-larva jista’ jgħin biex jikkontrolla infestazzjonijiet tal-briegħed fl-ambjent f’dawk l-inħawi fejn jersaq l-annimal.

Prevenzjoni mill-marda tal-heartworm ikkawżata mid-Dirofilaria immitis b’amministrazzjoni kull xahar. Stronghold jista’ jintuża bla periklu fuq annimali infettati bil-forma adulta tal-heartworm, imma prattika tajba veterinarja titlob li l-annimali kollha ta’ l- fuq minn sitt xhur u li jgħixu f’pajjiżi fejn jeżistu parassiti li jġorru l-marda, għandhom jiġu ttestjati għal infezzjoni bil-forma adulta tal-heartworm qabel ma’ tinbeda l-kura bi Stronghold. Dan il-prodott ma jaħdimx kontra l- forma adulta tad-D. immitis.

Kura għad-dud tal-widnejn (Otodectes cynotis).

Qtates:

Kura għal infestazzjonijiet ta’ qamel li jigdem (Felicola subrostratus)

Kura għall-forma adulta tal-ħniex it-tondi (Toxocara cati)

Kura għall-forma adulta tal-hookworm fl-imsaren (Ancylostoma tubaeforme).

Klieb:

Kura għal infestazzjonijiet ta’ qamel li jigdem (Trichodectes canis).

Kura għal sarcoptic mange (ikkawżata minn Sarcoptes scabiei).

Kura għall-forma adulta tal-ħniex todi (Toxocara canis) fl-imsaren.

5.KUNTRADIZZJONIJIET

Tużax fuq annimali ta’ taħt is-sitt ġimgħat. Tużax fuq qtates li qed ibatu minn xi mard ieħor fl-istess żmien jew li jkunu debboli u ta’ piż baxx (għad-daqs u l-eta’ tagħhom).

6.EFFETTI MHUX MIXTIEQA

L-użu tal-prodott mediċinali veterinarju fuq il-qtates ġie li kkaġuna, f’każi rari, telf żgħir u li jgħaddi ta’ pil fuq il-parti fejn ikun ġie applikat. F’każi rari ħafna jista’ jkun hemm irritazzjoni li tgħaddi fuq il-parti fejn ikun ġie applikat. In-nuqqas ta’ pil u irritazzjoni normalment jgħaddu waħedhom, imma f’xi każi tista’ tingħata xi kura biex ittaffi s-sintomi.

F’każi rari l-applikazzjoni tal-prodott mediċinali veterinarju fil-qtates u l-klieb tista’ twassal biex il-pil fil-post fejn ġie applikat jitgħaqqad temporanjament u/jew f’xi każi titfaċċa kwantita’ żgħira ta’ trab abjad. Din hija ħaġa normali u titlaq fi żmien 24 siegħa minn meta jiġi applikat u ma taffettwax in- nuqqas ta’ periklu jew l-effett tal-prodott mediċinali veterinarju.

Kif jiġri ma’ macrocyclic lactones oħrajn, f’każijiet rari ħafna, wara li jintuża l-prodott mediċinali veterinarju kemm fil-klieb kif ukoll fil-qtates, ġew osservati sinjali newroloġiċi, inklużi aċċessjonijiet, li huma riversibbli.

Il-frekwenza ta’ effetti mhux mixtieqa hija definita skont din il-konvenzjoni:

-komuni ħafna (aktar minn wieħed f’10 annimali li juru effetti mhux mixtieqa matul il-perjodu ta’ kura waħda)

-komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’100 annimal)

-mhux komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’1,000 annimal)

-rari (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’10,000 annimal)

-rari ħafna (inqas minn annimal wieħed f’10,000 annimal, inklużi rapporti iżolati).

Jekk tinnota xi effetti serji jew effetti oħra mhux imsemmija f’dan il-fuljett, jekk jogħġbok informa lit- tabib veterinarju tiegħek.

Informazzjoni oħra

Stronghold ġie ttestjat f’aktar minn mitt razza pura u mħallta ta’ klieb li jinkludu l-collie, u f’razez mħallta u sittax-il razza pura ta’ qtates mingħajr effetti oħra mhux mixtieqa.

7.SPEĊJI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT

Qtates u klieb li jiżnu 2.5 kg jew anqas (Stronghold 15 mg soluzzjoni għal użu topikali għall-qtates u għall-klieb < 2.5 kg)

Klieb li jiżnu 2.6 kg-5.0 kg (Stronghold 30 mg soluzzjoni għal użu topikali għall-klieb 2.6–5.0 kg) Qtates li jiżnu 2.6 kg-7.5 kg (Stronghold 45 mg soluzzjoni għal użu topikali għall-qtates 2.6–7.5 kg) Qtates li jiżnu 7.6 kg-10.0 kg (Stronghold 60 mg soluzzjoni għal użu topikali għall-qtates 7.6–10.0 kg) Klieb li jiżnu 5.1 kg-10.0 kg (Stronghold 60 mg soluzzjoni għal użu topikali għall-klieb 5.1–10.0 kg) Klieb li jiżnu 10.1 kg-20.0 kg (Stronghold 120 mg soluzzjoni għal użu topikali għall-klieb 10.1–20.0 kg)

Klieb li jiżnu 20.1 kg-40.0kg (Stronghold 240 mg soluzzjoni għal użu topikali għall-klieb 20.1–40.0 kg)

Klieb li jiżnu 40.1 kg-60.0kg (Stronghold 360 mg soluzzjoni għal użu topikali għall-klieb 40.1–60.0 kg)

8 DOŻA GĦAL KULL SPEĊJE, MOD(I) U METODU TA' AMMINISTRAZZJONI

Għal użu topikali.

Applika fuq il-ġilda fil-bażi tal-għonq quddiem l-għadam tal-ispalel.

Stronghold għandu jkun amministrat fuq il-ġilda f’applikazzjoni waħda ta’ doża waħda li tagħti tal- anqas 6 mg/kg selamektin. Meta jkunu se jiġu ttrattati infestazzjonijiet jew infezzjonijiet flimkien fuq l-istess annimal f’ħin wieħed għandha tingħata applikazzjoni waħda biss tad-doża rrakkomandata ta# 6 mg /kg. It-tul proprju tal-perjodu tat-trattament għall-parassiti individwali huwa speċifikat hawn taħt.

Applika Stronghold topikalment skond kif indikat fit-tabella li tmiss:

Qtates

Kulur tat-

mg ta’ selamektin

Qawwa

Volum amministrat (daqs

(kg)

tapp tal-

mogħtija

(mg/ml)

nominali tal-pipetta, ml)

 

pipetta

 

 

 

≤ 2.5

Roża

0.25

2.6-7.5

Ikħal

0.75

7.6-10.0

Taupe

1.0

> 10

 

Taħlita xierqa ta’ pipetti

Taħlita xierqa ta’ pipetti

Klieb (kg)

Kulur tat-

mg ta’ selamektin

Qawwa

Volum amministrat (daqs

 

tapp tal-

mogħtija

(mg/ml)

nominali tal-pipetta, ml)

 

pipetta

 

 

 

≤ 2.5

Roża

0.25

2.6-5.0

Vjola

0.25

5.1-10.0

Kannella

0.5

10.1-20.0

Aħmar

1.0

20.1-40.0

Aħdar

2.0

40.1-60.0

Plum

3.0

> 60

 

Taħlita xierqa ta’ pipetti

60/120

Taħlita xierqa ta’ pipetti

Kura u prevenzjoni mill-briegħed (qtates u klieb)

Annimali ta’ ‘l fuq minn sitt ġimgħat:

Wara li jingħata l-prodott mediċinali veterinarju lill-annimal, il-briegħad adulti u l-larvi jinqatlu u ma jkunx hemm aktar bajd vijabbli. Dan iżomm il-briegħed milli jirriproduċu jista’ jgħin biex jikkontrolla infestazzjonijiet tal-briegħed fl-ambjent f’dawk l-inħawi fejn jersaq l-annimal.

Għal prevenzjoni minn infestazzjonijiet tal-briegħed, il-prodott mediċinali veterinarju għandu jingħata lill-annimal kull xahar waqt l-istaġun tal-briegħed u xahar qabel ma l-briegħed isiru attivi. Dan jiżgura li l-briegħed fuq l-annimal jinqatlu, dawn ma jipproduċux bajd vijabbli u l-larvi (li jinsabu biss fl- ambjent) jinqatlu wkoll. B’hekk jinkiser iċ-ċiklu tal-ħajja tal-bergħud u ma jħallix infestazzjonijiet mill-briegħed.

Għal użu bħala parti minn programm ta’ kura tad-dermatite kkawżata minn allerġija għall-briegħed, il- prodott mediċinali veterinarju għandu jingħata kull xahar.

Kura ta’ annimali tqal u li qed ireddgħu biex jitħarsu il-ġriewi u l-friegħ minn infestazzjonijiet tal-briegħed:

Billi l-popolazzjoni ta’ briegħed titnaqqas, il-kura ta’ kull xahar f’annimali tqal jew li qed ireddgħu, tgħin biex tħares ‘il boton minn infestazzjonijiet tal-briegħed sa l-eta’ ta’ seba’ ġimgħat.

Prevenzjoni mill-mard tal-heartworm (qtates u klieb)

Il-prodott mediċinali veterinarju jista’ jingħata s-sena kollha jew ta’ l-anqas fi żmien xahar minn meta l-annimal ġie espost għan-nemus għall-ewwel darba, u kull xahar sakemm jagħlaq l-istaġun tan-nemus. L-aħħar doża għandha tingħata sa xahar wara li l-annimal l-aħħar ġie espost għan-nemus. Jekk tinqabeż xi doża jew l-intervall bejn doża u oħra ikun ta’ aktar minn xahar, għandha tingħata doża immedjata u terġa’ tibda tingħata mill-ġdid, doża fix-xahar u b’hekk titnaqqas l-opportunita’ biex jiżviluppaw heartworms adulti. Meta jkun qed jiġi mibdul prodott għall-prevenzjoni tal-heartworm f’programm ta’ prevenzjoni mill-mard tal-heartworm, l-ewwel doża tal-prodott mediċinali veterinarju għanda tingħata fi żmien xahar mill-aħħar doża tal-mediċina ta’ qabel.

Kura għal infezzjonijiet tal-ħniex tondi tal-imsaren (qtates u klieb)

Għandha tingħata doża waħda tal-prodott mediċinali veterinarju.

Kura għall-qamel li jigdem (qtates u klieb)

Għandha tingħata doża waħda tal-prodott mediċinali veterinarju.

Kura għad-dud tal-widnejn (qtates)

Għandha tingħata doża waħda tal-prodott mediċinali veterinarju.

Kura għad-dud tal-widnejn (klieb)

Għandha tingħata doża waħda tal-prodott mediċinali veterinarju. Frak mhux imwaħħal għandu jitneħħa bil-mod mill-kanal ta’ barra tal-widna waqt kull trattament. Viżta veterinarja oħra xahar wara t-trattament hija rakkomandata billi xi annimali ikollhom bżonn it-tieni trattament.

Kura għal infezzjonijiet tal-hookworm (qtates)

Għandha tingħata doża waħda tal-prodott mediċinali veterinarju.

Kura għal sarcoptic mange (klieb)

Biex jitneħħa d-dud kollu, għandha tingħata doża waħda tal-prodott mediċinali veterinarju għal xahrejn fuq xulxin.

9.PARIR SABIEX TAMMINISTRA B'MOD KORRETT

Neħħi l-pipetta ta’ Stronghold mill-pakkett protettiv.

Filwaqt li żżomm il-pipetta wieqaf, agħfas it-tapp bis-saħħa biex ittaqqab is- siġil ta’ l-applikatur, imbgħad neħħi t-tapp.

Ofroq il-pil fin-naħa t’isfel tal-għonq tal-annimal tiegħek quddiem l-għadmiet tal-ispalel biex tikxef roqgħa żgħira tal-ġilda.

Applika l-ponta tal-pipetta ta’ Stronghold direttament fuq il-ġilda mingħajr ma timmassaġġja. Agħfas il-pipetta bis-saħħa biex tiżvojta l-kontenut f’roqgħa waħda. Evita li tmiss il-prodott mediċinali veterinarju b’subgħajk.

Tapplikax meta l-pil ta’ l-annimal ikun imxarrab. Iżda jekk taħsel b’xampu jew tgħoddos l-annimal sagħtejn jew aktar wara l-kura, l-effikaċja tal-prodott mediċinali veterinarju ma tkunx imnaqqsa.

10.PERJODU TA' TIŻMIM

Mhux applikabbli.

11 PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA

Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal.

Taħżinx f'temperatura 'l-fuq minn 30 °C. Aħżen fil-pakkett tal-folja mhux miftuħ f’post xott. Tużax dan il-prodott mediċinali veterinarju wara d-data ta’ skadenza murija fuq it-tikketta.

12.TWISSIJIET SPEĊJALI

Għat-trattament ta’ l-annimali biss.

L-annimali jistgħu jinħaslu sagħtejn wara t-trattament mingħajr telf fl-effikaċja.

Tapplikax meta l-pil ta’ l-annimal ikun imxarrab. Iżda jekk taħsel b’xampu jew tgħoddos l-annimal sagħtejn jew aktar wara l-kura, l-effikaċja tal-prodott mediċinali veterinarju ma tkunx imnaqqsa. Għall-kura tad-dud tal-widnejn, tapplikax direttament fil-kanal tal-widnejn.

Huwa mportanti li tingħata d-doża kif indikat biex jitnaqqas l-ammont li l-annimal jista’ jilgħaq. Jekk l-annimal jilgħaq fit-tul, f’każi rari jista’ jkun hemm produzzjoni għolja ta’ bżieq fil-qtates, għal perjodu qasir.

Prekawzjonijiet speċjali għall-użu fl-annimali

Dan il-prodott għandu jiġi applikat biss fuq il-wiċċ tal-ġilda. Tagħtix mill-ħalq jew permezz ta’ injezzjoni.

Żomm annimali kkurati l-bogħod minn nirien u affarijiet oħra li jistgħu iqabbdu n-nar għal mill-anqas tletin minuta jew sakemm il-pil ikun niexef.

Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu mill-persuna li tamministra l-prodott mediċinali veterinarju lill-annimali:

Dan il-prodott mediċinali veterinarju ieħu n-nar malajr: żomm il-bogħod mis-sħana, xrar tan-nar, fjammi jew affarijiet oħra li jistgħu iqabbdu n-nar.

Tpejjipx, tiekolx u tixrobx waqt li qed tmiss il-prodott.

Aħsel idejk wara li tuża u aħsel fil-pront bis-sapun u bl-ilma jekk xi ftit mill-prodott imiss mal-ġilda. F’każ aċċidentali li fih jintlaqtu l-għajnejn, laħlaħ fil-pront b’ilma nadif u fittex kura medika fil-pront u uri l-fuljett ta’ tagħrif jew it-tikketta lit-tabib.

Evita kuntatt dirett ma’ annimali kkurati sakemm tinxef ir-roqgħa fejn ġie applikat. Fil-jum tat- trattament it-tfal m’għandhomx imissu l-annimali ttrattati u l-annimali m’għandhomx jitħallew jorqdu mas-sidien tagħhom speċjalment it-tfal. Pipetti użati għandhom jintremew fil-pront u ma jitħallewx fejn jistgħu jidhru jew jintlaħqu mit-tfal.

Persuni b’ġilda sensittiva jew b’allerġija magħrufa għall-prodotti mediċinali veterinarji ta’ dan it-tip għandhom joqgħodu attenti metta jmissu il-prodott mediċinali veterinarju.

Prekawzjonijiet oħra:

Tħallix annimali kkurati jidħlu f’ilma ġieri ta’ l-anqas sa sagħtejn minn meta tingħata l-kura.

Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra jew forom oħra ta’ interazzjoni:

Fi studji estensivi waqt l-użu ma kienux osservati effetti bejn il-prodott mediċinali veterinarju u prodotti mediċinali veterinarji komuni jew proċeduri mediċi u kirurġiċi.

Doża eċċessiva (sintomi, proċeduri ta’ emerġenza, antidoti), jekk ikun hemm bżonn: Stronghold ingħata f’doża li kienet 10 darbiet aktar minn dik irrakkomandata, u ma dehrux effetti

mhux mixtieqa. Il-prodott mediċinali veterinarju ingħata f’doża 3 darbiet aktar minn dik rakkomandata fi qtates u klieb li kellhom heartworms adulti u ma dehrux effetti mhux mixtieqa. Il-prodott mediċinali veterinarju ingħata wkoll f’doża 3 darbiet aktar minn dik rakkomandata fi qtates u klieb irġiel u nisa waqt it-tnissil kif ukoll f’nisa tqal u waqt li qed ireddgħu il-btan tagħhom, u f’doża ħames darbiet aktar minn dik irrakkomandata fi klieb tar-razza Collie sensittivi għall-ivermektin u ma dehrux effetti mhux mixtieqa.

13. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR RIMI TA' PRODOTT MHUX UŻATA JEW MATERJAL IEĦOR

GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ

Mediċini m’għandhomx jintremew mall-ilma ħażin.

Selamektin jista’ jkollha effett ħażin fuq il-ħut jew fuq ċerti ħlejjaq ta’ l-ilma li jservu bħala ikel għall- ħut. Il-kontenituri u materjal żejjed għandhom jintefgħu ma’ l-iskart domestiku biex ma ssirx kontaminazzjoni minn fejn jista’ jgħaddi ilma ġieri.

14.DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT TA’ TAGĦRIF

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott tinstab fuq il-websajt ta’ l-Aġenzija Ewropea dwar il-Mediċini http://ema.europa.eu/.

15.TAGĦRIF IEĦOR

Stronghold jiġi f’pakketti ta’ tlett pipetti (pipetti tad-daqsijiet kollha), ta’ sitt pipetti (pipetti tad- daqsijiet kollha ħlief 15 mg selamektin), jew ta’ ħmistax-il pipetta (tubi ta’ 15 mg selamektin biss). Jista’ jkun li mhux id-daqs tal-pakketti kollha jistgħu qegħdin fis-suq.

Għal kull tagħrif dwar dan il-prodott mediċinali veterinarju, jekk jogħġbok ikkuntattja lir- rappreżentant lokali tad-detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq.

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Zoetis Belgium SA

Oriola Vilnius UAB

Tél/Tel.: +32 (0) 800 99 189

Tel: +370 610 05088

Република България

Luxembourg/Luxemburg

Zoetis Belgium SA

Zoetis Belgium SA

Teл: +359 2 4775791

Tél/Tel.: +352 8002 4026

Česká republika

Magyarország

Zoetis Česká republika, s.r.o.

Zoetis Hungary Kft.

Tel: +420 257 101 111

Tel: +361 224 5222

Danmark

Malta

Orion Pharma Animal Health

Agrimed Limited

Tlf: +45 49 12 67 65

Tel: +356 21 465 797

Deutschland

Nederland

Zoetis Deutschland GmbH

Zoetis B.V.

Tel.: +49 30 330063 0

Tel.: +31 (0)10 714 0900

Eesti

Norge

Oriola Vilnius UAB

Orion Pharma Animal Health

Tel: +370 610 05088

Tlf: +47 40 00 41 90

Ελλάδα

Österreich

Zoetis Hellas S.A.

Zoetis Österreich GmbH

Τηλ.: +30 210 6791900

Tel: +43 1 2701100 110

España

Polska

Zoetis Spain, S.L.

Zoetis Polska Sp. z o.o.

Tel: +34 91 4191900

Tel: +48 22 223 4800

France

Portugal

Zoetis France

Zoetis Portugal, Lda.

Tél: +33 (0)810 734 937

Tel: +351 21 042 72 00

Hrvatska

România

Zoetis B.V., Podružnica Zagreb za promidžbu

Zoetis România SRL

Tel: +385 1 644 1460

Tel: +40 21 202 3083

Ireland

Slovenija

Zoetis Belgium SA

Zoetis B.V., Podružnica Zagreb za promidžbu

Tel: +353 (0) 1 256 9800

Tel: +385 1 644 1460

Ìsland

Slovenská republika

Icepharma hf.

Zoetis Česká republika, s.r.o.

Sími: +354 540 80 00

Tel: +420 257 101 111

Italia

Suomi/Finland

Zoetis Italia S.r.l.

Zoetis Finland Oy

Tel: +39 06 3366 8133

Puh/Tel: +358 (0)9 4300 40

Kύπρος

Sverige

Zoetis Hellas S.A.

Orion Pharma Animal Health

Τηλ.: +30 210 6791900

Tel: +46 (0)8 623 64 40

Latvija

United Kingdom

Oriola Vilnius UAB

Zoetis UK Limited

Tel: +370 610 05088

Tel: +44 (0) 845 300 8034

Kummenti