Vectra 3D (dinotefuran, permethrin, and pyriproxyfen) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - QP53AC54

Updated on site: 21-Sep-2017

Isem tal-Mediċina: Vectra 3D
ATC: QP53AC54
Sustanza: dinotefuran, permethrin, and pyriproxyfen
Manifattur: Ceva Sante Animale

1.ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU

Vectra 3D soluzzjoni għal użu lokalizzat għal klieb 1.5–4 kg

Vectra 3D soluzzjoni għal użu lokalizzat għal klieb 4–10 kg

Vectra 3D soluzzjoni għal użu lokalizzat għal klieb 10–25 kg

Vectra 3D soluzzjoni għal użu lokalizzat għal klieb 25–40 kg

Vectra 3D soluzzjoni għal użu lokalizzat għal klieb > 40 kg

2. KOMPOŻIZZJONI KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Sustanzi attivi:

Kull ml fih 54 mg dinotefuran, 4.84 mg pyriproxyfen u 397 mg permethrin

Kull applikatur lokalizzat jagħti:

Piż tal-kelb (kg)

Kulur

Volum

Dinotefuran

Pyriproxyfen

Permethrin

 

tal-għatu

(ml)

(mg)

(mg)

(mg)

 

tal-applikatur

 

 

 

 

għal klieb 1.5–4 kg

Isfar

0.8

3.9

 

 

 

 

 

 

għal klieb 4–10 kg

Blu skur

1.6

7.7

 

 

 

 

 

 

għal klieb 10–25 kg

Blu

3.6

17.4

 

 

 

 

 

 

għal klieb 25–40 kg

Vjola

4.7

22.7

 

 

 

 

 

 

għal klieb > 40 kg

Aħmar

8.0

38.7

 

 

 

 

 

 

Għal-lista sħiħa tal-ingredienti (mhux attivi), ara sezzjoni 6.1

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Soluzzjoni għal użu lokalizzat

Soluzzjoni safra ċara

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Speċi li fuqhom ser jintuża l-prodott

Klieb

4.2Indikazzjonijiet għal użu tal-prodott li jispeċifikaw l-ispeċi li fuqhom se jintuża l-prodott

Briegħed:

Kura u prevenzjoni għall-infestazzjoni minn briegħed (Ctenocephalides felis u Ctenocephalides canis). It-trattament jipprevjeni infestazzjoni minn briegħed għal xahar sħiħ. Jipprevjeni wkoll il-multiplikazzjoni ta’ briegħed għal xahrejn wara l-applikazzjoni billi jimpedixxi l-bajd milli jfaqqsu (attività oviċidali) u billi jimpedixxi l-ħruġ ta’ adulti minn bajd li jbidu briegħed adulti (attività larviċida).

Il-prodott mediċinali veterinarju jista’ jintuża bħala parti minn strateġija ta’ kura għal dermatite ta’ allerġija mill-briegħed (FAD - flea energy dermatitis).

Qurdien:

Il-prodott mediċinali veterinarju għandu effikaċja akariċidali persistenti u repellanti kontra infestazzjonijiet minn qurdien. ((Rhipicephalus sanguineus u Ixodes ricinus għal xahar wieħed, u

Dermacentor reticulatus għal sa tliet ġimgħat)

Jekk qurdien ikun preżenti meta l-prodott mediċinali veterinarju jiġi applikat, il-qurdien għandu mnejn ma jiġix maqtul kollu fl-ewwel 48 siegħa, imma jistgħu jinqatlu fi żmien ġimgħa. Sabiex tneħħi l- qurdien, huwa rakkomandat li tuża tagħmir xieraq.

Sand flies, nemus u żunżan tal-istalel

It-trattament jipprovdi attività persistenti li tbiegħed (kontra t-teħid ta’ ikel). Huwa jipprevjeni gdim minn sand flies (Phlebotomus perniciosus), żunżan (Culex pipiens, Aedes aegypti) u minn żunżan tal-istalel (Stomoxys calcitrans) għal xahar wara l-applikazzjoni. It-trattament jipprovdi wkoll attività insettiċida persistenti għal xahar wieħed kontra ż-żunżan (Aedes aegypti) u żunżan tal-istalel (Stomoxys calcitrans).

4.3Kontraindikazzjonijiet

Tużax f’każijiet ta’ sensittività għall-ingredjenti attivi jew ingredjenti oħra.

Tużax fuq il-qtates. Minħabba l-fiżjoloġija unika u l-inkapaċità tagħhom li jimmetabolizzaw permethrin, dan il-prodott mediċinali veterinarju m’għandux jintuża fuq qtates. Jekk jiġi applikat fuq qattus, jew jinbela’ minn qattus li jnaddaf b’mod attiv kelb li jkun ġie trattat riċentement, dan il- prodott mediċinali veterinarju jista’ jkollu effetti li jikkaġunaw ħsara serja.

4.4Twissijiet speċjali għal kull speċi li għaliha hu indikat il-prodott

Il-klieb kollha fid-dar għandhom jiġu trattati. Qtates fid-dar għandhom jiġu trattati biss bi prodott mediċinali veterinarju awtorizzat għall-użu fuq dik l-ispeċi.

Il-briegħed jistgħu jinfestaw il-basket tal-kelb, is-sodod u ż-żoni regolari ta’ mistrieħ bħal twapet u arredamenti. F’każ ta’ infestazzjoni massiċċa bil-briegħed u fil-bidu tal-miżuri ta’ kontroll, dawn iż- żoni għandhom jiġu trattati b’insettiċida adattat u mbagħad jiġu vvakumjati regolarment.

4.5Prekawzjonijiet Speċjali għall-Użu

Prekawzjonijiet Speċjali għall-użu fl-annimali

Dan il-prodott mediċinali veterinarju jista’ jinduċi aċċessjonijiet fi qtates li jistgħu jkunu fatali minħabba l-fiżjoloġija unika tal-ispeċi li mhix kapaċi timmetabolizza ċertu komposti, li jinkludu permethrin. F’każ ta’ esponiment aċċidentali, jekk effetti mhux mixtieqa jseħħu, aħsel il-qattus bix-xampu jew sapun. Sabiex tevita li l-qtates ikunu esposti b’mod aċċidentali għall-prodott mediċinali veterinarju, żomm il-qtates ’il bogħod minn klieb trattati sakemm is-sit t’applikazzjoni jinxef. Huwa importanti li tiżgura li l-qtates ma jaħslux is-sit t’applikazzjoni ta’ kelb li jkun ġie trattat bil-prodott mediċinali veterinarju,

Is-sigurtà tal-prodott mediċinali veterinarju ma ġietx stabbilita fi klieb li huma iżgħar minn 7 ġimgħat jew li jiżnu inqas minn 1.5 kg.

Prekawzjonijiet għandhom jittieħdu sabiex jiġi evitat kuntatt bejn il-prodott mediċinali veterinarju u għajnejn il-kelb.

It-twaħħil ta’ bergħud wieħed wara t-trattament ma jistax jiġi eskluż. Għal din ir-raġuni l-imxija ta’ mard infettiv ma jistax jiġi kompletament eskluż jekk il-kundizzjonijiet ikunu favorevoli.

Il-prodott mediċinali veterinarju jibqa’ effettiv meta annimali trattati jiġu mgħaddsa fl-ilma (eż. għawm, jinħaslu). L-għaddis fl-ilma ripetut kull ġimgħa għal xahar sħiħ u li jibda 48 siegħa wara t-trattament, kif ukoll ħasil bix-xampù ġimagħtejn wara t-trattament ma jaffettwawx l-effikaċja ta’ dan

il-prodott. Madanakollu, f’każ ta’ tlaħlieħ bix-xampju frekwenti, jew ħasil fi żmien 48 siegħa wara t-trattament, it-tul tal-attività għandu mnejn jonqos.

Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu mill-persuna li tamministra l-prodott mediċinali veterinarju lill-annimali

M’għandekx tiekol jew tpejjep meta timmanipula l-prodott mediċinali veterinarju. Laħlaħ l-idejn sew u minnufih wara l-użu.

Dan il-prodott mediċinali veterinarju huwa irritanti għall-għajnejn u l-ġilda. Evita l-kuntatt mal-ġilda.

F’każ ta’ tixrid aċċidentali fuq il-ġilda, aħsel minnufih b’ilma u sapun.

Jekk il-prodott mediċinali veterinarju jidħol fl-għajnejn, għandhom jitbaħbħu sew bl-ilma.

Jekk l-irritazzjoni tal-ġilda jew tal-għajn tippersisti, jew jekk il-prodott mediċinali veterinarju jinbela’, fittex għajnuna medika minnufih u uri l-fuljett tal-pakkett jew it-tikketta lit-tabib.

Persuni li huwa magħruf li għandhom sensittività eċċessiva għal xi wieħed mis-sustanzi għandhom jevitaw il-kuntatt mal-prodott mediċinali veterinarju.

It-tfal m’għandhomx imissu klieb trattati għal tal-anqas erba’ sigħat wara l-għoti tal-prodott mediċinali veterinarju. Għalhekk huwa rakkomandat li l-klieb jiġu trattati filgħaxija, jew qabel ma teħodhom għal mixja. Fil-jum ta’ kura, klieb trattati m’għandhomx jitħallew jorqdu mas-sidien tagħhom, speċjalment tfal. Applikaturi użati għandhom jintremew minnufih u m’għandhom jitħallew fejn jarawhom jew jistgħu jilħquhom it-tfal.

Stenna s-sit t’applikazzjoni jinxef qabel ma tippermetti l-kelb trattat jiġi f’kuntatt ma’ tessuti jew għamara.

Prekawzjonijiet oħra

Klieb trattati m’għandhomx jitħallew jidħlu f’ilma tal-wiċċ għal 48 siegħa wara t-trattament sabiex jiġu evitati effetti avversi fuq l-organiżmi akwatiċi. (Ara sezzjoni 4.6)

4.6Effetti mhux mixtieqa (frekwenza u gravità)

Eritema temporanja, ħakk jew sinjali oħra ta’ skumdità fis-sit t’applikazzjoni ġew rapportati b’mod rari u ġeneralment jisparixxu spontanjament, fi żmien 24 siegħa wara l-għoti tal-prodott.

F’każijiet rari ġew irrapportati sinjali ta’ disturbi komportamentali bħal iperattività, vokalizzazzjoni jew ansjetà, sinjali sistemiċi bħal letarġija jew anoressija, u sinjali newroloġiċi bħal rogħda fil- muskoli.

Sinjali gastrointestinali bħal remettar jew dijarea ġew rapportati b’mod rari ħafna.

Effetti kosmetiċi temporanji (dehra mxarrba, ix-xagħar tal-ġilda jiġi f’ponta u depożiti) fis-sit t’applikazzjoni ġew rapportati b’mod rari ħafna, madanakollu dawn l-effetti ġeneralment ma jiġux innotati wara 48 siegħa.

Il-frekwenza ta’ reazzjonijiet avversi huma mfissra permezz tal-konvenzjoni li ġejja:

-komuni ħafna (aktar minn 1 f’10 annimali li juri reazzjoni(jiet) avvers(a/i) waqt il-kors ta’ trattament wieħed)

-komuni (aktar minn 1 imma inqas minn 10 annimali f’100 annimal)

-mhux komuni (aktar minn 1 imma inqas minn 10 annimali f’1,000 annimal)

-rari (aktar minn 1 imma inqas minn 10 annimali f’10,000 annimal)

-rari ħafna (inqas minn animal 1 f’10,000 animal, li jinkludu rapporti iżolati)

4.7Użu fit-tqala, fit-treddigħ u fi żmien il-bidien

Is-sigurtà tal-prodott mediċinali veterinarju fi klieb nisa ma ġietx stabbilita waqt it-tqala u fit-treddigħ. L-użu tal-prodott mediċinali veterinarju fi klieb tqal u li jreddgħu jew fi klieb maħsuba għat-tgħammir għandu jkun bażat fuq stima tal-benefiċċju/riskju mill-veterinarju responssabbli.

Studji fil-laboratorju, b’kull wieħed mill-komponenti, dinotefuran, pyriproxyfen jew pyriproxyfen fil-firien u l-fniek ma pprovdewx evidenza ta’ ħsara lill-omm, lit-tqala jew lill-fetu.

Dinotefuran intwera li jaqsam il-barriera tad-demm-ħalib u jiġi eliminat fil-ħalib.

N-methylpyrrolidone, eċċipjent fil-prodott mediċinali veterinarju, intwera li jista’ jikkaġuna mankamenti lill-fetu f’annimali tal-laboratorju.

4.8Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra jew forom oħra ta’ interazzjoni

Xejn li hu magħruf

4.9Ammont li jingħata u l-metodu ta’ amministrazzjoni

Dożaġġ:

Id-doża minima rakkomandata hi ta’ 6.4 mg dinotefuran/kg ta’ piż tal-ġisem, 0.6 mg pyriproxyfen/kg piż tal-ġisem u 46.6 mg permethrin/kg piż tal-ġisem, ekwivalenti għal 0.12 ml tal-prodott mediċinali veterinarju għal kull kg ta’ piż tal-ġisem.

It-tabella li ġejja turi d-daqs tal-applikatur lokalizzat li għandu jintuża skont il-piż al-kelb.

 

Kulur

Volum

 

 

Piż tal-kelb (kg)

tal-għatu

Applikatur li għandu jintuża

(ml)

 

tal-applikatur

 

 

 

 

 

 

għal klieb 1.5–4 kg

Isfar

0.8

 

Vectra 3D għal klieb 1.5-4 kg

għal klieb 4–10 kg

Blu skur

1.6

 

Vectra 3D għal klieb 4–10 kg

għal klieb 10–25 kg

Blu

3.6

 

Vectra 3D għal klieb 10-

Applikatur 1 ta’

25 kg

 

 

 

għal klieb 25–40 kg

Vjola

4.7

 

Vectra 3D għal klieb

 

25-40 kg

 

 

 

 

għal klieb 40 kg

Aħmar

8.0

 

Vectra 3D għal klieb 40 kg

Mod ta’ kif u mnejn jingħata

Użu lokalizzat.

Attenzjoni għandha tingħata sabiex il-prodott mediċinali veterinarju jitqiegħed fuq ġilda intatta.

Kif għandek tapplika:

Neħħi l-applikatur lokalizzat minn ġol-pakkett.

Stadju 1: Żomm l-applikatur wieqaf, u poġġi subgħajk taħt l-akbar diska kif muri.

Stadju 2: Bl-id l-oħra, agħfas ’l isfel fuq id-diska iżgħar sakemm iż-żewġ diski jiltaqgħu ma’ xulxin Dan itaqqab is-siġill.

Stadju 3: Il-kelb għandu jkun bil-wieqfa jew f’pożizzjoni komda għal applikazzjoni faċli. Ofroq is-suf sakemm il-ġilda tkun tidher. Applika il-prodott mediċinali veterinarju (skont l-istruzzjonijiet fi stadju 4 hawn isfel) bil-mod bil-ponta tal-applikatur fuq il-ġilda.

Stadju 4

Uża skont ir-rakkomandazzjoni ta’ 4a jew 4b.

Rakkomandazzjoni 4a: Agħfas b’ġentilezza l-applikatur u applika l-prodott mediċinali veterinarju fuq il-ġilda tul dahar il-kelb, billi tibda bejn ġwienaħ l-ispalel, bl-għadd ta’ dbabar u ordni murija fid- dijagrammi hawn isfel u ibqa’ agħfas sakemm l-applikatur jiżvojta. Evita applikazzjoni superfiċjali fuq is-suf tal-kelb. L-għadd ta’ dbabar t’applikazzjoni jiddependu fuq il-piż tal-ġisem tal-kelb.

Klieb minn 1.5 sa 4 kg piż tal-ġisem

Klieb akbar minn 4 kg u sa 10 kg piż tal-ġisem

Klieb aktar minn 10 kg sa 40 kg piż tal- ġisem

Klieb aktar minn 40 kg piż tal-ġisem

JEW

Rakkomandazzjoni 4b: Hu x’inhu l-piż tal-ġisem tal-kelb, bil-ponta tal-applikatur, ofroq il-bażi tad-denb u ibda applika l-prodott mediċinali veterinarju dirett fuq il-ġilda f’linja kontinwa mill-bażi tad-denb tul iċ-ċentru tad-dahar u ibqa’ sejjer sa ġwienaħ l-ispalel, kif muri fid-dijagramma, billi tibqa’ tagħfas l-applikatur sakemm jiżvojta.

Skeda ta’ trattament

Wara applikazzjoni waħda, il-prodott mediċinali veterinarju ser jevita infestazzjoni għal xahar sħiħ. It-trattament jista’ jiġi ripetut darba f’xahar.

4.10 Doża eċċessiva (sintomi, proċeduri ta’ emerġenza, antidoti), jekk ikun hemm bżonn

Minbarra l-eritema u l-bidliet kosmetiċi fil-pil fis-sit t’applikazzjoni, ma ġewx osservati reazzjonijiet avversi fi frieħ b’saħħithom li kellhom 7 ġimgħat li ġew trattati fuq il-ġilda 7 darbiet f’intervalli ta’ ġimagħtejn u sa 5 darbiet l-ogħla doża rakkomandata.

Wara inġestjoni aċċidentali tal-ogħla doża rakkomandata, remettar, il-produzzjoni ta’ riq u dijarea jistgħu jseħħu, madankollu dawn irriżolvew irwieħhom mingħajr kura.

4.11 Perjod(u/i) ta’ tiżmim

Mhux applikabbli

5.KWALITAJIET FARMAKOLOĠIĊI

Grupp fatmakoterapewtiku: Ektoparasiti, insettiċidi u repellanti, kombinazzjonijiet ta’ permethrin Kodiċi ATC veterinarja: QP53AC54

5.1Kwalitajiet farmakodinamiċi

Dinotefuran huwa insettiċida. L-istruttura tiegħu hija derivata min-newrotrasmettitur acetylcholine u jaġixxi fuq riċettaturi nikotiniċi ta’ acetylcholine fuq is-synapse tan-nerv tal-insett. Ġaladarba jingħaqad ma’ dawn ir-riċettaturi, l-azzjoni agonista ta’ impulsi eċitati ripetuti joqtlu lill-insett. L-insetti m’għandhomx għalfejn jieħdu dinotefuran, huwa joqtol b’kuntatt. Dinotefuran għandu affinità baxxa għal siti ta’ riċettatur ta’ acetylcholine tal-mammiferi.

Pyriproxyfen huwa r-regolatur ta’ żvilupp fotostabbli tal-insett (IGR-Insect Growth Regulator). Huwa jaġixxi permezz ta’ kuntatt billi jaġixxi bħal ormon ġovanili, li jirregola l-ħrif ta’ insetti minn stadju tal-ħajja għall-ieħor. Pyriproxyfen iwaqqaf iċ-ċiklu tal-ħajja tal-bergħud kemm billi jinduċi ovipożizzjoni prematura u wkoll jirrestrinġi d-depożizzjoni tal-isfar fil-bajd tal-bergħud, li jwassal għall-produzzjoni ta’ bajd infertili. Pyriproxyfen jimblokka wkoll l-iżvilupp ta’ stadji ġovanili (larvae u papae (farate) bikrija) għall-iżvilupp ta’ adulti. Dan jipprevjeni infestazzjoni fl-ambjent tal-annimal ittrattat.

Permethrin huwa pyrethroid sintetiku. Pyrethroids jaġixxu bħala newrotossiċi f’kanali tas-sodju mxattba b’vultaġġ billi jnaqqsu l-proprjetajiet ta’ attivazzjoni u inattivazzjoni tagħhom. Dan jirriżulta f’ipereċitabilità u mewt tal-parassita. Permethrin huwa akariċida u insettiċida. Huwa għandu wkoll karatteristiċi ta’ ripellant.

Effett sinerġistiku ġie osservat in vitro meta dinotefuran kien amministrat flimkien ma’ permethrin, li wassal għal dħul aktar ta’ malajr ta’ attività insettiċida in vivo. Fl-ewwel jum tal-ewwel trattament dan il-prodott mediċinali veterinarju rriżulta f’attività adultiċidali ta’ briegħed xierqa fi żmien 12-il siegħa wara l-applikazzjoni.

Il-benefiċċju kliniku antiċipat li jirriżulta mill-kombinazzjoni ta’ dinotefuran ma’ permethrin ġie muri fi studju tal-laboratorju fuq klieb li wrew titwil tal-effikaċja kontra l-briegħed ta’ C.canis għal

4 ġimgħat.

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Wara applikazzjoni topika, dinotefuran u pyriproxyfen huma assorbiti parzjalment minn ġol-ġilda tal-kelb li jwassal għal esponiment sistemiku. Għal permethrin, il-livelli tal-plażma jibqgħu taħt il-limitu ta’ kwantifikazzjoni.

It-tliet sustanzi attivi jiġu mferrxa malajr tul is-superfiċju tal-ġisem tal-annimal kollu fi żmien l-ewwel jum, b’konċentrazzjonijiet massimi jintlaħqu 3 ijiem wara l-applikazzjoni. It-tliet sustanzi attivi setgħu jibqgħu jitkejlu f’żoni differenti fuq il-pil tas-suf xahar wara it-trattament.

Proprjetajiet ambjentali

Il-prodott mediċinali veterinarju m’għandux jidħol f’korsiji tal-ilma peress li huwa perikoluż għal ħut u organiżmi akwatiċi oħra. M’għandekx tniġġes għadajjar, korsiji tal-ilma jew fosos bil-prodott mediċinali veterinarju jew b’reċipjenti użati.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ ingredjenti

N-octyl-2-pyrrolidone

N-methylpyrrolidone

6.2Inkompatibilitajiet

M’hemm xejn magħruf

Tħallat mal-ebda prodott mediċinali veterinarju ieħor u tapplikax flimkien ma’ prodott mediċinali veterinarju fl-istess ħin u sit.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Żmien kemm idum tajjeb l-prodott mediċinali veterinarju kif ippakkjat għall-bejgħ: 3 snin

6.4.Tagħrif speċjali dwar kif għandu jinħażen

Dan il-prodott mediċinali veterinarju m’għandu bżonn tal-ebda kundizzjoni speċjali sabiex jinħażen.

6.5In-natura u l-għamla tal-ippakkjar li jmiss mall-prodott

L-applikatur lokalizzat hu magħmul minn kumpless ta’ diversi saffi ta’ aluminju u polyethylene (PE) b’ HDPE, bl-għatu ssiġillat b’kumpless inforrat (aluminju/polyester/saff ta’ PE).

Daqsijiet tal-pakkett

Kaxxa tal-kartun b’applikatur lokalizzat 1, 3, 4, 6, 12, 24, jew 48 ta’ 0.8 ml, 1.6 ml, 3.6 ml, 4.7 ml jew 8.0 ml (daqs wieħed biss f’kull kaxxa)

Mhux id-daqsijiet kollha tal-pakkett jistgħu qegħdin fis-suq.

6.6 Prekawzjonijiet speċjali

għar-rimi tal-prodotti mediċinali veterinarji mhux użata jew materjal ieħor għar-rimi li huwa derivat minn dawn il-prodotti

Kwalunkwe prodott mediċinali veterinarju li ma ġiex użat jew materjal għar-rimi li huwa derivat minn dan il-prodott mediċinali veterinarju għandhom jintremew skont kif jitolbu r-regolamenti tal-pajjiż

Vectra 3D m’għandux jidħol f’korsiji tal-ilma peress li huwa perikoluż għal ħut u organiżmi akwatiċi oħra. M’għandekx tniġġes għadajjar, korsiji tal-ilma jew fosos bil-prodott mediċinali veterinarju jew b’reċipjenti użati.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Ceva Santé Animale 10, av. de La Ballastière 33500 Libourne

Franza

8.IN-NUMR(U/I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/2/13/156/001–035

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 04/12/2013

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali veterinarju tinsab fuq il-websajt tal-Aġenzija Ewropea dwar il-Mediċini http://www.ema.europa.eu/

PROJBIZZJONI TA’ BEJGĦ, PROVVISTA U/JEW UŻU

Mhux applikabbli

Kummenti