Versican Plus DHPPi (canine distemper virus, strain CDV Bio...) - QI07AD04

Updated on site: 21-Sep-2017

Isem tal-Mediċina: Versican Plus DHPPi
ATC: QI07AD04
Sustanza: canine distemper virus, strain CDV Bio 11/A, canine adenovirus type 2, strain CAV-2 Bio 13, canine parvovirus type 2b, strain CPV-2b Bio 12/B and canine parainfluenza type 2 virus, strain CPiV-2 Bio 15 (all live attenuated)
Manifattur: Zoetis Belgium SA

Versican Plus DHPPi

Tilqima tad-distempra tal-klieb, adenovirus tal-klieb, parvovirus tal-klieb u parainfluwenza virus tal-klieb (ħaj attenwat)

Dan id-dokument huwa sommarju tar-Rapport Pubbliku Ewropew ta’ Valutazzjoni. L-għan tiegħu huwa li jispjega kif il-valutazzjoni magħmula mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju (CVMP) abbażi tad-dokumentazzjoni pprovduta wasslet għar-rakkomandazzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet tal- użu tiegħu.

Dan id-dokument ma għandux jieħu post diskussjoni wiċċ imb wiċċ mal-veterinarju tiegħek. Jekk teħtieġ iktar informazzjoni dwar il-kundizzjoni medika jew il-kura tal-annimal tiegħek, ikkuntattja lill- veterinarju tiegħek. Jekk tixtieq iktar informazzjoni abbażi tar-rakkomandazzjonijiet tas-CVMP, aqra d- diskussjoni xjentifika (parti wkoll mill-EPAR).

X’inhu Versican Plus DHPPi?

Versican Plus DHPPi huwa vaċċin veterinarju li fih il-virus tad-distempra tal-klieb, l-adenovirus tip 2 tal- klieb, il-parvovirus tip 2b tal-klieb u l-virus tal-parainfluwenza tip 2 tal-klieb ħaj attenwat (imdgħajjef). Versican Plus DHPPi huwa disponibbli bħala lijofilizzat (pellit imnixxfa bl-iffriżar) b’solvent li jitħalltu flimkien f’sospensjoni għal injezzjoni.

Għal xiex jintuża Versican Plus DHPPi?

Versican Plus DHPPi jintuża biex jipproteġi lill-klieb kontra:

distempra tal-klieb, marda infettiva li xi drabi tissejjaħ ‘hard pad’ minħabba li l-klieb jistgħu jiżviluppaw ħxuna fil-ġilda tal-pads tas-saqajn, kif ukoll imnieħer iqattar, sogħla, deni, rimettar, dijarea, bżieq eċċessiv u f’xi każijiet aċċessjonijiet;

adenovirus tal-klieb tip 1, li jikkawża infezzjoni akuta tal-fwied li tista’ toħloq sinjali ta’ suffejra (sfurija tal-ġilda u l-għajnejn);

marda tal-parvovirus tal-klieb, infezzjoni li tista’ taffettwa severament il-ġriewi, li tirriżulta f’letarġija, deni, rimettar u dijarea mdemmija;

virus tal-parainfluwenza tal-klieb u adenovirus tal-klieb tip 2, li jikkawżaw il-‘kennel cough’;

il-vaċċin jingħata lill-ġriewi mill-età ta’ sitt ġimgħat bħala injezzjoni taħt il-ġilda li tiġi ripetuta tlieta sa erba’ ġimgħat wara. Għall-vaċċinazzjoni mill-ġdid, doża singola ta' Versican Plus DHPPi hija meħtieġa kull tliet snin għad-distempra, l-adenovirus tal-klieb (tat-tip 1 u tat-tip 2) u l-parovirus. Vaċċinazzjoni mill-ġdid annwali hija mitluba għall-protezzjoni kontra l-virus tal-parainfluenza tal-klieb.

Kif jaħdem Versican Plus DHPPi?

Versican Plus DHPPi huwa tilqima. Il-vaċċini jaħdmu billi ‘jgħallmu’ lis-sistema immunitarja (id-difiżi naturali tal-ġisem) kif tiddefendi ruħha kontra l-mard. Il-virusijiet f’Versican Plus DHPPi huma ħajjin iżda ġew attenwati (imdgħajfa) sabiex ma jikkawżawx mard. Meta Versican Plus DHPPi jingħata lill-klieb, is- sistema immunitarja tal-annimali tagħraf il-virusijiet bħala ‘barranija’ u tagħmel antikorpi kontrihom.

Fil-futur, meta l-annimal jiġi espost għal dawn l-infezzjonijiet, is-sistema immunitarja tkun tista’ tirrispondi iktar malajr. Dan se jgħin jipproteġihom kontra distempra, infezzjoni tal-fwied minn adenovirus, parvovirus u kennel cough.

Kif ġie studjat Versican Plus DHPPi?

L-effikaċja ta’ Versican Plus DHPPi ġiet investigata fi studju prattiku li involva 129 kelb. L-istudju prattiku involva l-kombinazzjonijiet ta’ vaċċini akbar Versican Plus DHPPi/L4 u Versican Plus DHPPi/L4R, li huma wkoll maħsuba biex jipproteġu kontra distempra, adenovirus, parvovirus u kennel cough apparti mard ieħor, biex juru l-effikaċja ta’ Versican Plus DHPPi. Il-klieb ġew jew imlaqqma darbtejn b’intervall ta’ tlieta sa erba’ ġimgħat jew irċevew tilqima booster waħda fis-sena. Il-miżura tal-effikaċja kienet il- livelli ta’ antikorpi qabel u wara t-tilqima.

L-istudji fil-laboratorju saru biex ikun determinat il-perjodu ta' protezzjoni kontra d-distemper, l- adenovirus tal-klieb (tat-tip 1 u 2) u l-parvovirus. F'dawn l-istudji l-klieb ġew vaċċinati darbtejn b'intervall ta' tliet ġimgħat u kienu esposti għall-virus distempra tal-klieb, l-adenovirus tal-klieb u l- parvovirus tal-klieb tliet snin wara t-tieni vaċċinazzjoni. Il-kejl ewlieni tal-effikaċja kienu s-sinjali kliniċi, it-temperatura tal-ġisem u l-livell ta' antikorpi.

Liema benefiċċju wera Versican Plus DHPPi waqt l-istudji li twettqu?

Studju prattiku wera li tilqima b’Versican Plus DHPPi rriżultat f’livelli ta’ antikorpi li kienu suffiċjenti biex jipproteġu kontra virus tad-distempra tal-klieb u adenovirus tal-klieb fil-klieb kollha. Il-perċentwal ta’ klieb b’livelli protettivi ta’ antikorpi għal parvovirus varja bejn 73 u 100%, għall-virus tal-parainfluwenza 73 u 97%. Ir-reazzjonijiet fil-ġriewi kienu aktar baxxi milli fil-klieb adulti f’ċertu każi minħabba antikorpi li ntirtu minn ommhom, peress li antikorpi maternali jistgħu jimblokkaw ir-reazzjoni immunitarja għat- tilqima.

L-istudji fil-laboratorju wrew li l-perjodu ta' protezzjoni hu ta' tliet snin għad-distempra tal-klieb, l- adenovirus tal-klieb u l-parvovirus tal-klieb.

X’riskji huma assoċjati ma’ Versican Plus DHPPi?

L-effett sekondarju l-aktar komuni (li deher f’iktar minn 1 minn kull 100 kelb) b’Versican Plus DHPPi huwa nefħa għal żmien qasir sa 5 cm li tista’ sseħħ fil-post tal-injezzjoni wara t-tilqima.

F’sitwazzjonijiet fejn il-ġriewi huma mistennija li jirtu livelli għoljin ta’ antikorpi mill-omm, il-protokoll tat-tilqim għandu jiġi ppjanat b’mod xieraq.

X'inhuma l-prekawzjonijiet li jridu jittieħdu mill-persuna li tagħti l-mediċina jew tiġi f'kuntatt mal-annimal?

F’każ ta’ awto-injezzjoni, wieħed għandu jfittex parir mediku immedjatament u għandu juri l-fuljett ta’ tagħrif jew it-tikketta lit-tabib.

Għaliex ġie approvat Versican Plus DHPPi?

Il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju (CVMP) ikkonkluda li l-benefiċċji ta’ Versican

Plus DHPPi huma akbar mir-riskji għall-indikazzjoni approvata u rrakkomanda li Versican Plus DHPPi jingħata l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq. Il-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju jista’ jinstab fil- modulu ta’ diskussjoni xjentifika ta’ dan l-EPAR.

Tagħrif ieħor dwar Versican Plus DHPPi:

Il-Kummissjoni Ewropea tat awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq valida fl-Unjoni Ewropea kollha għal

Versican Plus DHPPi fl-4 ta’ Lulju 2014. L-informazzjoni dwar l-istatus tal-preskrizzjoni ta’ dan il- prodott tinsab fuq it-tikketta jew fuq il-pakkett ta’ barra.

Dan is-sommarju ġie aġġornat l-aħħar f’Marzu 2015.

Kummenti