Virbagen Omega (recombinant omega interferon of feline...) – Kondizzjonijiet jew restrizzjonijiet rigward il- provvista u l-użu - QL03AB

Updated on site: 21-Sep-2017

Isem tal-Mediċina: Virbagen Omega
ATC: QL03AB
Sustanza: recombinant omega interferon of feline origin
Manifattur: Virbac S.A.

A. MANIFATTUR(I)

TAS-SUSTANZA(I) BIJOLOĠIKA(ĊI) ATTIVA(I) U SID/SIDIEN TA’ L-AWTORIZZAZZJONI TAL-MANIFATTURA RESPONSABBLI MILL-ĦRUĠ TAL-LOTT

Isem u indirizz tal-manifattur tas-sustanza bijoloġika attiva

Toray industries, Inc. EhimePlant

1515 Tsutsui, Masaki-Cho, Iyogun

791-3193 Japan

Isem u indirizz tal-manifattur responsabbli mill-ħruġ tal-lott

VIRBAC SA

L.I.D. 1ère Avenue - 2065 m 06516 Carros, Franza

B. KUNDIZZJONIJIET JEW RESTRIZZJONIJIET TA'

L-AWTORIZZAZZJONI TAL- KUMMERĊ FUQ IL-PROVVISTA JEW L-UŻU

Sabiex jingħataw biss bi preskrizzjoni veterinarja.

Skond Artiklu 71 ta' Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif emendat, l-Istati Membri jipprojbixxu jew jistgħu jipprojbixxu l-importazzjoni, il-bejgħ, il-forniment u/jew l-użu tal- prodott mediċinali veterinarju fuq it-territorju kollu jew parti minnu jekk ikun stabbilit li:

a)l-għoti tal-prodott mediċinali veterinarju lill-annimali ser jinterferixxi ma' l-implimentazzjoni ta' programmi nazzjonali għad-dijanjosi, il-kontroll u l-qerda ta' mard ta' l-annimali, jew ser jikkawża diffikultajiet fiċ-ċertifikazzjoni l-assenza ta' kontaminazzjoni f'annimali ħajjin jew fl- għalf jew fi prodotti oħra miksuba minn annimali kkurati.

b)il-marda li għaliha l-prodott mediċinali veterinarju kien intenzjonat li jagħti immunità minnha, tkun kważi nieqsa għal kollox mit-territorju.

Ċ. KUNDIZZJONIJIET JEW RESTRIZZJONIJIET TA’ L-AWTORIZZAZZJONI TAL- KUMMERĊ DWAR L-UŻU SIGUR U EFFETTIV

Mhux applikabbli.

D.DIKJARAZZJONI TA’ L-MRLs

Mhux applikabbli.

Kummenti